Bonġu għeżież tiegħi : Ir-riċetta tal-llum - TopicsExpress



          

Bonġu għeżież tiegħi : Ir-riċetta tal-llum (07-10-14) Importanti ħafna li meta ssir din ir-riċetta wieħed għandu jkun ippreparat li bi slice wieħed mhux se jkun sodisfat....tajjeb wisq...pruvawh!! Mars and caramel cake (mill-aktar faċli) ĦIN GĦAS-SAJRAN MINN 20 SA 30 MINUTA BTEMPERATURA TA 170C REĊIPJENT KWADRU JEW TOND TA’ MADWAR 20cm. Għall-kejk ċikkulata Mars (51g) 115g butir 2 bajdiet Essenza tal-vanilja 170g zokkor 50g dqiq self-raising 2 imgħaref kokkodina 3 imgħaref coconuts Għall-wiċċ (icing tal-caramel) 2 imgħaref butir 50g zokkor ismar 3 imgħaref ħalib Essenza tal-vanilja 100g icing sugar METODU Dewweb iċ-ċikkulata (MARS) flimkien mal-butir. Kessaħ ftit u żid il-bajd, zokkor, essenza u wara d-dqiq, baking powder, coconuts u ħawwad sewwa. Ferrex fir-reċipjent u aħmi. Importanti li r-reċipjent jindilek sewwa bil-butir jew inkella uża baking sheet fuq ir-reċipjent, jew jintuża reċipjent tas-silicone. Kif jiksaħ ipprepara l-icing. Qatta’ l-mars, dewwibha flimkien mal-butir u l-golden syrup. Kessaħ ftit u żid l-icing sugar u kompli ħawwad. Dellek fil-wiċċ tal-kejk. Iddekora bil-mars imqatta’u l-coconut.
Posted on: Tue, 07 Oct 2014 04:52:08 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015