Wara li l-gimgha li ghaddiet tfajt in-nomina ghal-kariga ta - TopicsExpress



          

Wara li l-gimgha li ghaddiet tfajt in-nomina ghal-kariga ta President tal-Kumitat Lokali tal-Partit Laburista gewwa Hal Lija, il-bierah filghaxija waqt il-Laqgha Generali Annwali gejt approvata fdin il-kariga mill-membri prezenti ta Hal Lija u l-Iklin. Nirringrazzja lis-Sur Stanley Mifsud, Membru tal-Kumitat tal-Ezekuttiv Nazzjonali tal-PL li ppresieda din il-LGA u kif ukoll nirringrazzja lid-Deputat Mexxej Dr. Toni Abela li ghogbu jonorana bil-prezenza tieghu w indirizza lil membri prezenti fil-laqgha bdiskors eccelenti u nkorragganti. Nixtieq nirringrazzja lil President precedenti Dr. Marc Sant u nawguralu fix-xoghol gdid li gie fdat fih. Perswaza li ser jaghmel success. Nixtieq minn qalbi nirringrazzja ukoll lis-Sinjorina Lorraine Farrugia li dan l-ahhar xhur apparti li qdiet btant dedikazzjoni ir-rwol taghha ta Segretarja tal-Kumitat, kellha l-inkarigu li tkun agent-President u agent-kaxxier ta l-istess kumitat. Nirringrazzja lil Lorriane u naghtiha prosit talli qdiet dawn it-tlett karigi bserjeta u vigilanza liema bhala. Inhares il-quddiem sabiex nahdem maghha u mal-kumplament tal-kumitat sabiex inkomplu ix-xoghol fejjiedi li qed naghmlu gewwa Hal Lija u go l-jklin u nkattru il-hidma taghna sabiex il-messagg tal-Partit Laburista nwassluh aktar lill-elettorat ta dawn iz-zewg lokalitajiet u kif ukoll naghmlu l-ghalmu kollu taghna sabiex inkunu vicin l-elettorat u nismghu l-ilmenti, l-idejat u s-suggerimenti taghhom u mbaghad inkunu il-pont u l-messaggiera li nwasslu il-fehmiet taghhom lill-Amministrazzjoni Centrali tal-Pariti Laburista. Nixtieq nirringrazzja lil membri li kienu jifformaw parti mill-kumitat is-sena l-ohra u din is-sena ddeciedew li ma jikkontestawx ghal xi raguni jew ohra bmod partikolari lil habib tieghi Salvu Seychell li jien ghandi ammirazzjoni u rispett kbir lejh. Salvu Seychell jiddedika hajtu u hinu ghal-hidma tal-kumitati lokali ta Malta u Ghawdex kollha. Gentlom, genwin u taf fejn int mieghu. Jiena dejjem sibtu ta ghajnuna sabiex itini pariri siewja u nitolbu jippermettili li kultant infittxu sabiex nitolbu xi parir jew tnejn issa li qedha fil-kariga ta president ghal-ewwel darba. Nixtieq ukoll naghti merhba lil membri godda fil-kumitat. Nifirhilhom u nawgura li bdan l-ispirtu ta demm gdid fil-kumitat nitheggu ghall-aktar xoghol u aktar idejat innovattivi ta kif se nkompli nilhqu l-ghanijiet taghna. Nirringrazzja lil shabi membri kollha li ilni maghom is-snin nservu fil-kumitat. Intom sirtu parti mill-familja tieghi. Ghandi rispett u ammirazzjoni kbira lejkom. Bumilta nitlobkom tkunu l-id il-leminija tieghi fdan il-kumitat, nigbdu habel wiehed bhal ma dejjem ghamilna, naghtu kaz lil xulxin ghax hadd mhu akbar minn hadd. Ahna kollha ahwa u l-ghan taghna huwa wiehed u l-istess. L-idejat u l-fehmiet ta kull membru tal-kumitat huma validi w importanti. Grazzi mill-gdid u nwieghed li fdin il-kariga l-gdida fi hdan il-Partit li dejjem habbejt u emmint fl-idejali tieghu, naqdi dmiri bi trasparenza, serjeta u vigilanza, inkun parti minn tim ta kumitat li ninsab kburija bihom u lehen tal-poplu ta Hal Lija u ta l-Iklin.
Posted on: Sat, 19 Oct 2013 10:17:51 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015