Avviz mill-Kunsill Lokali Birzebbuga Minhabba x-xoghlijiet - TopicsExpress



          

Avviz mill-Kunsill Lokali Birzebbuga Minhabba x-xoghlijiet li qeghdin isiru fil-Bajja s-Sabiha (it-triq tax-xatt), f’Birzebbuga, il-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuga jixtieq iheggeg lil dawk kollha li normalment jghaddu minn Birzebbuga sabiex imorru ghal postijiet tax-xoghol taghhom, jevitaw kemm jista’ jkun li jghaddu minn Birzebbuga u jekk inhu possibbli jghaddu minn Triq Hal Far (it-triq tal-airport). Mill-banda l-ohra s-sewwieqa li ma jistghux jevitaw li jghaddu minn go Birzebbuga, huma gentilment mitluba li jsegwu b’reqqa s-sinjali temporanji ta’ “Diversion”. Is-sewwieqa huma mitluba jsegwu t-tabelli ta’ No Parking li l-Kunsill pogga f’diversi toroq. Waqt li jiskuza ruhu mar-residenti u mas-sewwieqa ta’ kull inkonvenjent, il-Kunsill Lokali Birzebbuga jixtieq jizgura s-sahha u s-sigurta ta’ kull min hu nvolut u li t-traffiku ikun mexxej kemm jista jkun. Ghalhekk il-kooperazzjoni tal-pubbliku in generali hija apprezzata. Ing. Stanley Zammit Kunsillier - Kunsill Lokali Birżebbuġa Responsabbli mid-Dawl, Manigjar tat-Traffiku, Trasport Pubbliku u Settur Kummercjali
Posted on: Sat, 09 Nov 2013 17:13:24 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015