Avviżi mit-12 sat-18 ta’ Awwissu 2013 Nhar il-Ħamis 15 ta’ - TopicsExpress



          

Avviżi mit-12 sat-18 ta’ Awwissu 2013 Nhar il-Ħamis 15 ta’ Awwissu: Solennita’ ta’ Santa Marija - il-quddies ikun bħal tal-Ħadd: Fis-7.00am, fid-9.00am, fil-11.00am u fis-6.30pm. Avviżi Oħra Dawk il-koppji li ser jiċċelebraw xi anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom (5 snin sa 60 sena kull ħames snin jew kull sena wara s-60 sena) u forsi ma rċevewx stedina minn għandna għandhom jinfurmawna jekk jixtiequ jattendu għall-quddiesa tal-familja fil-ġranet tal-festa. Dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom fil-Lejla Sajfija li ser issir nhar is-Sibt 24 ta’ Awwissu u dawk li għandhom xi talent u jixtiequ jieħdu sehem għandhom jimlew formola li hemm fuq wara tal-knisja kif ukoll se tkun tista’ titniżżel mill-website jew il-facebook page tal-parroċċa.Ser issir laqgħa għall-helpers kollha nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Awwissu fis-7.00pm wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Nhar il-Ħadd 18 ta’ Awwissu ser norganizzaw grupp biex immorru nagħtu d-demm fil-bank nazzjonali tad-demm fl-10.00am. Dawk li jixtiequ u li huma f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba inħeġġuhom biex jipparteċipaw f’dan il-ġest li bih nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Piju X. Ikollna transport li jitlaq fl-10.00am minn quddiem il-knisja. Min jixtieq jiġi jikteb ismu fis-sagristija. Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Awwissu: Jum il-Festa ta’ San Piju X fid-9.00am tibda adorazzjoni sa qabel il-quddiesa tas-6.30pm. Inħeġġukom biex tinkitbu fis-sagristija u timlew nofs siegħa mill-ġurnata quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Imbagħad nagħlqu bil-barka sagramentali u quddiesa fis-6.30pm. Dak innhar il-Kappella tal-Adorazzjoni ma tiftaħx. Fuq wara tal-knisja se jkun hemm qfief fejn tistgħu tpoġġu xi prodotti ta’ preserves jew ikel ieħor għall-familji fil-bżonn tal-parroċċa fl-okkażjoni tal-festa. It-Tnejn 26 ta’ Awwissu nagħlqu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa b’ġurnata Għawdex flimkien. Il-prezz ser ikun ta’ €20 li jinkludi t-trasport f’Malta u Għawdex minbarra l-vapur, l-ikla ta’ nofsinhar, żjara f’mużew marittimu u quddiesa fin-Nadur u dawra bil-ferrovija madwar Għawdex; wara nofsinhar ikollna ċans għall-baħar ukoll. Nitilqu minn quddiem il-knisja fit-8.00am u naslu lura fit-8.00pm.
Posted on: Sat, 10 Aug 2013 23:05:03 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015