FESTI GHAL TMIEM IL-GIGHMA FIL-GZIRA TA GHAWDEX Nadur – - TopicsExpress



          

FESTI GHAL TMIEM IL-GIGHMA FIL-GZIRA TA GHAWDEX Nadur – Għawdex San Korunatu Martri Fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur Għawdex qed issir il-festa ta’ San Korunatu Martri. Ghada s-sibt fl-4 p.m. tibda quddiesa. Fil-5 p.m. jibda l-għasar solenni mmexxi minn Monsinjur Arċipriet Jimmy Xerri u wara jingħad ir-rużarju. Fis-6 p.m. quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Arċipriet Jimmy Xerri bis-sehem tal-Kapitlu u l-Kleru. Wara kurunella u ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fit-8 p.m. Big Band Adventures: Kunċert mill-Banda Mnarja fit-Teatru MBC taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Grech. Se jingħata l-premju ‘Ġieħ in-Nadur’ Il-Hadd jum il-festa, fid-9.30 a.m. jibda il-pontifikal solenni mmexxi minn Monsinjur Isqof Mario Grech bis-sehem tal-Kapitlu u l-Kleru tal-parroċċa. Fil-11 a.m. u fl-12 p.m. isir il-quddies. Fl-4 p.m. ikun hemm l-għasar immexxi minn Monsinjur Arċipriet Jimmy Xerri bis-sehem tal-Kapitlu u l-Kleru. Fl-4.30 p.m. tibda ħierġa l-purċissjoni bil-fdalijiet ta’ San Korunatu Martri mmexxija minn Monsinjur Arċipriet. Se tieħu sehem il-Banda Mnarja tan-Nadur. Fid-dħul tal-purċissjoni titkanta l-antifona u ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fis-6 p.m. tibda quddiesa. Ix-Xagħra – Parroċċa Tal-Viżitazzjoni L-Għarb Vari fMalta U Ghawdexx San Fortunatu Martri Fil-Knisja Kolleġġjata u Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra Għawdex qed issir il-festa ta’ San Fortunatu Martri. Għada, jum il-festa, fl-4 p.m. jibda l-kant tal-Għasar tal-Martri mill Kapitlu tal-Knisja Kolleġġjata u fl-4.30 p.m. tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa-relikwa ta’ San Fortunatu Martri. Fid-dħul tal-purċissjoni ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fil-5 p.m. tibda konċelebrazzjoni solenni u se jmexxi Fr. Anthony Bajada. Se jieħu sehem il-kor Voci Angeliche. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir il-bews tar-relikwija ta’ San Fortunatu Martri. Fis-7.30 p.m. issir l-aħħar quddiesa Victoria – Għawdex Is-solennita’ tad-Dedikazzjoni tal-Arċibażilika tal-Lateran f’Ruma Ghada is-sibt 9 ta’ Novembru fil-Knisja Bażilika Ġorġjana fil-Belt Victoria, Għawdex, qed issir il-festa tas-solennita’ tal-Arċibażilika tal-Lateran. Illejla fil-5.30 p.m. jibda l-għasar tas-solennita’ mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata. Fis-6 p.m. tibda Konċelebrazzjoni Pontifikali preseduta minn Monsinjur Isqof Mario Grech bis-sehem tal-Kapitlu u l-Kleru tal-Bażilika Ġorġjana.
Posted on: Fri, 08 Nov 2013 21:24:38 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015