Filmat: “Mons. Mercieca kien sod u b’saħħtu quddiem - TopicsExpress



          

Filmat: “Mons. Mercieca kien sod u b’saħħtu quddiem Mintoff” Illum saret il-preżentazzjoni tal-ktieb Ilkoll Aħwa Fi Kristu, li jiġbor sensiela ta’ memorji tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca u l-ġrajja tal-Knisja f’Malta fit-30 sena li kellu f’idejh it-tmum tal-Arċidjoċesi. Newsbook.mt tkellem ma’ Charles Buttigieg, l-awtur tal-ktieb, li spjega kif kellu l-isfond tal-ġrajjiet kollha għax kien l-editur tal-gazzetta Il-Ħajja u wara kien l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Kurja. Dan għenu jifhem il-perspettiva ta’ dak kollu li ġara f’dawk it-30 sena. Dr Mifsud Bonnici semma wkoll l-episodju tal-attakk fuq il-kurja u kif ftit wara, persuna jew persuni mhux magħrufa kien serqu l-minuti tal-laqgħa li Mons. Mercieca kellu mal-Perit Mintoff. newsbook.mt/artikli/2014/9/27/filmat:-%22mons-mercieca-kien-sod-u-b%27sahhtu-quddiem-mintoff%22.22626
Posted on: Sat, 27 Sep 2014 13:11:41 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015