Ghaqal u rgulija --- CATHERINE - TopicsExpress



          

Ghaqal u rgulija --- CATHERINE FENECH xogholXoghol Il-Eurostat il-gimgha li ghaddiet ikkonfermat li pajjizna, f’Ì̇unju li ghadda, kellu t-tielet l-inqas rata ta’ qghad fl-Unjoni Ewropea, b’5.6%. Kienu biss l-Awstrija u l-Ì̇ermanja li rreġistraw rata ta’ qghad inqas minn ta’ Malta. Din kienet l-inqas rata ta’ qghad li rregistrat Malta minn mindu din l-agenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea bdiet tigbor u tanaliżża c-cifri ta’ qghad ta’ pajjizna mis-sena 2000. Din l-istatistika tkompli tikkonferma success iehor ghal pajjizna li ggib fix-xejn it-tbassir ricenti tal-Oppozizzjomi li pajjizna qieghed jiffaccja xi “krizi fil-qasam tax-xoghol”. Fi stqarrija l-Gvern accenna li din l-istatistika tikkonferma l-hidma tal-Gvern biex pajjizna jkun fost l-aqwa fl-Ewropa. Dawn ir-rizultati sbieh fil-qasam tal-impjiegi gew ikkonfermati fi spazju ta’ ftit jiem mhux biss mill-Eurostat imma wkoll mill-NSO u mill-ETC. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-persuni jirregistraw mal-ETC naqsu b’aktar minn elf. F’Ghawdex kien hemm tnaqqis ta’ 700. Il-PN fil-Gvern halla wirt ta’ 7,279 persuna jfittxu x-xoghol. Mill-bidu tal-amministrazzjoni Laburista n-numru ta’ nies ifittxu x-xoghol naqas bi 17%. Dan jikkontrasta bil-kbir ma’ dak li gara taht l-amministrazzjoni precedenti fejn il-qghad zdied b’din l-istess rata. L-ispinn tal-problema ta’ nuqqas ta’ impjiegi kienet iz-ziemel tal-battalja tal-PN, ziemel fittizju li jghix f’buzzieqa tas-sapun, li nfaqghet f’wicc il-PN b’dawn ic-cifri pozittivi kkonfermati minn tliet istituzzjonijiet kredidati fi spazju ta’ ftit granet. Dan juri l-ghaqal ta’ dan il-Gvern li xammar il-kmiem u indirizza l-problemi li sab ma’ wiccu, problemi ta’ qghad, nixfa fl-investiment, nuqqas ta’ ideat, ekonomija stagnata, problema kbira ta’ dejn nazzjonali u fil-korporazzjonijiet u fl-entitajiet tal-Gvern. F’entitajiet bhall-Gozo Channel u l- Korporazzjoni tas-Servizz tal-ilma bdew jaraw rizultati fl-indirizz taghhom sabiex tinqata’ l-hela u jonqos it-telf. Fit-Trasport Pubbliku l-Gvern qabad il-barri minn qrunu. Ma qaghadx jilghabha tal-vittma, imma ha decizjoni li salvat mijiet ta’ impjiegi u salvat il-pajjiz milli jikkrolla u f’daqqa wahda jispicca minghajr servizz ta’ trasport pubbliku. Din hi s-serjetà li kienet manifestata mill-Partit Laburista fl-Oppozizzjoni u kompliet tithaddem b’impenn fil-Gvern. Sfortunatament ma tistax tghid l-istess ghall-PN. Kien juza l-magna tal-gideb u l-ingann meta kien fil-Gvern u baqa’ jaghmel l-istess issa fl-oppozizzjoni. L-istejjer li johorgu bihom kuljum huma spins biex jimlew ras il-poplu, biex jaljenawh minn fuq il-hidma tal-Gvern. L-istorja taghhom jibqghu jittimbraw fuqha kuljum u jkomplu jzejnuha. L-iskop huwa li l-istorja tant tindara li ssir fatt, issir ‘verità’. Imma mbaghad wara li l-ispinn taghhom tigi kkonfermata li kienet biss hlieqa, bla misthija ta’ xejn kemm kemm johorgu stqarrija biex taparsi jiskuzaw ruhhom bhalma gara fil-kazijiet tal-Ministru ghal Ghawdex Dr Anton Refalo u tal-Ministru ghall-Ì̇ustizzja Dr Owen Bonnici. Dik irgulija! Dak ghaqal!`
Posted on: Sun, 10 Aug 2014 13:18:06 +0000

© 2015