Il-Kummisjoni Ewropea twieġeb lil Roberta Metsola-“Malta hi - TopicsExpress



          

Il-Kummisjoni Ewropea twieġeb lil Roberta Metsola-“Malta hi sovrana dwar kif tagħti n-nazzjonalità” Kelliem għall-Kummissjoni Ewropea, illum qal li l-istati membri għandhom is-sovranità assoluta dwar kif jagħtu n-nazzjonalità. Għalhekk qal l-istess kelliem mhux se jikkumenta dwar il-programm tal-Individual Investor Programme ta Malta. Roberta Metsola, Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista, għamlet mistoqsija lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-emendi li jippermettu ċ-ċittadinanza b’investiment. Dan fl-istess ħin li qalet li hi tifhem li din hi kwistjoni ta’ kompetenza nazzjonali. “Iżda l-liġi toħloq il-kunċett ta’ mijiet ta’ ċittadini sigrieti li se twassal għal-livell ieħor ta’ ċittadinanza f’Malta u l-Unjoni Ewropea. Dan imur kontra l-ispirtu ta’ dak li jfisser li tkun ċittadin tal-Unjoni Ewropea,” qalet Metsola li staqsiet dwar l-ivvjaġġar fiż-Żona Schengen. Hi staqsiet ukoll dwar il-kriminalità u t-terroriżmu fuq livell Ewropew u dwar kif l-iskema tista’ tkun abbużata minn netwerks ta’ kriminali. Fi stqarrija qalet li hi diżappuntanta li l-gvern baqa’ għaddej bl-iskema.
Posted on: Wed, 13 Nov 2013 18:43:03 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015