Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera jhabbar mizuri konkreti - TopicsExpress



          

Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera jhabbar mizuri konkreti biex jigu indirizzati l-iskills gap fis-settur marittimu Aktar kmieni llum is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera indirizza konferenza imtellgha minn Wilfred Sultana & Associates bit-tema Maritime Careers Day 2014 u ghaliha kien hemm prezenti uhud mill-esponenti ewlenin tal-industrija. Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera qal li hmistax fil-mija tal-ekonomija Maltija tiddependi mill-marittimu li hija hafna aktar mill-medja Ewropea ta’ madwar tlieta ghal hamsa fil-mija. Din ic-cifra, ghalkemm impressjonanti, tista’ tizdied jekk ikun hemm koordinament ahjar bejn l-oqsma differenti li jaqghu taht l-industrija tal-marittimu. Kien ghalhekk li fil-gimghat li ghaddew il-ministeru mmexxi minni vara d-dokument ta’ konsultazzjoni pubbliku dwar l-integrazzjoni marittima, tenna Herrera. Id-dokument ipoggi bhala l-bazi tieghu erbgha pilastri ewlenin: l-ikel, l-energija, il-logistika u s-servizzi. Is-Segretarju Parlamentari qal li bhalissa hemm mal-ghoxrin elf impjieg li jiddependu dirett mill-marittimu. Jose’ Herrera qal li l-mira tal-Gvern hija li fil-hames snin li gejjin il-kontribuzzjoni tal-marittimu fil-prodott gross domestiku tizdied bi tlieta fil-mija li tfisser eluf ta’ impjiegi godda. Ghalhekk l-isfida tal-Gvern hija li nindirizzaw in-nuqqasijiet fil-hiliet li jezistu f’dan il-qasam. Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera habbar li fil-gimghat li gejjin l-Gvern ser ihejji studju dwar il-bzonnijiet li hemm fis-suq biex aktar nies ikunu preparati ghad-dinja tax-xoghol f’din l-industrija. Sfida ohra ewlenija, qal Herrera, hija kif l-impjiegi li qed tipprovdi l-industrija bhalissa jkunu ta’ valur aktar gholi. Meta kien qed jindirizza lil dawk prezenti, is-Segretarju Parlamentari qal li dan is-settur huwa nieqes mill-promozzjoni. Din l-isfida, qal Herrera, ser tkun qed tigi indirizzata mis-segretarjat permezz tal-politika dwar l-integrazzjoni marittima. Jose’ Herrera semma ukoll ir-registrazzjoni tal-vapuri, b’Malta bhalissa tinsab fuq nett tal-pajjizi ewropej u s-sebgha l-akbar registru fid-dinja. Herrera qal li l-intenzjoni tieghu huwa li jkabbar il-profitti li qed isiru permezz tar-registrazzjoni tal-vapuri billi inwessghu l-litigazzjoni fil-marittimu. Is-Segretarju Parlamentari qal li bhalissa ghaddejjin diskussjonijiet biex f’pajjizna jitwaqqaf il-qorti marittima.
Posted on: Thu, 04 Sep 2014 11:08:07 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015