Omm tas-Salvazzjoni: Uliedi kullimkien – intom ghandkom - TopicsExpress



          

Omm tas-Salvazzjoni: Uliedi kullimkien – intom ghandkom tisimghu minni, l-mahbuba Ommkom, f’dan iz-zmien. It-Tnejn, 19 t’Awwissu 2013 @ 6.28pm Uliedi kullimkien – intom ghandkom tisimghu minni, l-mahbuba Ommkom, f’dan iz-zmien ta’ dieqa. Insejjah b’mod specjali lil dawk li ghandhom devozzjoni kbira lejja, l-Omm t’Alla, hekk kif jiena qed inwenniskom f’dan iz-zmien ta’ telf kbir tal-fidi. Intom ghandkom taccettaw dan l-Intervent mis-Sema b’imhabba u tkunu grati illi, ghall-Imhabba kbira tal-mahbub Missieri, intom qed tigu moghtija dan ir-Rigal kbir. Meta tahsbu li l-mewga enormi ta’ paganizmu li daqt tibla’ l-Knisja t’Ibni, madwar id-dinja kollha, tkun kbira wisq biex tghaddu minnha, hemm intom ghandkom titolbu l-intecessjoni tieghi. Jigri x’jigri, meta intom tibqghu fidili lejn Ibni, ghalkemm isir minn kollox biex itellifkom, kollox imur sew. Qatt thossukom taqtghu qalbkom, ghax il-Glorja kbira t’Ibni u r-Rieda t’Alla daqt jinkixfu. Ghalkemm hafna fil-Knisja ser jaqghu fl-izball il-kbir, il-Kelma t’Alla ser tinfirex bhal nar selvagg. Iz-zewg xhieda tal-Kelma t’Alla – il-Vera Knisja Kristjana u d-dar ta’ Izrael ser jghaddu mill-prova taz-zmien. Nar ser johrog minn fommhom fil-forma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Fiz-zmien, wara li tinkixef l-istmerrija tad-dezolazzjoni, dawk lejali lejn il-Verita’ ser iqumu u taghhom ser tkun is-Saltna ta’ Kristu. Il-gideb dejjem jinqabad, ghalkemm fil-bidu, dawk minnkom mimlijin bid-Don ta’ l-Ispirtu s-Santu ser isofru hafna meta jkunu xhieda taz-zeblih terribbli li ser isehh fil-Knejjes t’Ibni. Il-Verita’ tinkixef u dawk kollha li ghall-bidu kienu hadu triq b’ohra, fl-ahhar, jifhmu l-hazen li kien gie mifrux quddiemkom. Ghandkom tafdaw biss f’Ibni, tul dan il-vjagg ta’ torturi, fejn ser tigu meqjusa bhala kriminali ghax tibqghu ssostnu li tkunu lejali lejn il-Kelma t’Alla. Nitlobkom tiftakru l-mixja t’Ibni lejn il-Kalvarju. Accettaw dan is-salib, b’imhabba u dinjita’, ghax hekk toghgbu hafna lil Ibni, meta terfghu t-toqol Tieghu. Permezz tas-sagrificju u t-tbatija taghkom, Huwa ser isalva lil dawk l-erwieh li lanqas li haqqhom, u mbaghad Huwa jkun jista jghaqqad l-ulied kollha t’Alla. Ommkom il-Mahbuba Omm tas-Salvazzjoni.
Posted on: Tue, 27 Aug 2013 16:48:47 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015