Sejħa għall-Expression of Interest għall-Private Public - TopicsExpress



          

Sejħa għall-Expression of Interest għall-Private Public Partnership (PPP) għad-disinn, kostruzzjoni u opperazzjoni ta’ Marine Hatchery Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fiċ-Ċentru tal-akwakultura li jinsab fit-Torri ta’ San Luċjan f’MarsaXlokk, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes ħabbar li l-Gvern qed iniedi u jagħmel sejħa għall-Expression of Interest għall-Private Public Partnership (PPP) għad-disinn, kostrutzzjoni u opperazzjoni ta’ Marine Hatchery li tinkludi l-iżvilupp ta’ Ċentru tar-Riċerka tal-Hatchary addattata għaż-żminijiet ta’ llum. Roderick Galdes qal li dan is-settur ta ħafna sodisfazzjon lil Malta fil-passat u iktar ma jgħaddi żmien, dejjem qed jikber. Huwa għalhekk, li l-Gvern lest li jaħdem id f’id mal-privat biex is-settur tal-akwakultura dejjem ikompli jikber u permezz t’hekk, jinħolqu aktar impjiegi, opportunitajiet għall-professjonisti, iżda mhux lanqas, opportunitajiet għaż-żgħażagħ. Is-Segretarju Parlamentari qal li permezz ta’ dan il-proġett se jkunu qed jiħallew fil-kaxxa ta’ Malta madwar seba’ Miljun Ewro fis-sena. Roderick Galdes qal ukoll li l-Unjoni Ewropea qed tenfasizza mal-pajjiżi membri biex jinvestu b’mod sostenibbli fil-qasam tal-Akwakultura u li jiġu prodotti speċi li jagħmlu tajjeb għall-impatt tas-sajd. Huwa għalhekk, qal is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, li l-viżjoni tal-Gvern hi li jinħoloq Ċentru ikbar tar-Riċerka ikbar b’riżorsi biex inlaħħqu mal-momentum tal-iżvilupp tar-riċerka. Permezz ta’ hekk, “inkunu nistgħu nippromwovu ħut li jitrabba minn bajd u ma nibqgħux dipendenti biss fuq il-qbid ta’ ħut selvaġġ. Ifisser li nkunu qed nippromwovu akwakultura sostenibbli b’divesità ta’ speċi”. L-Onorevoli Galdes għalaq billi qal li bħalissa fit-Torri ta’ San Luċjan għall-ewwel darba tfaqqas il-gurbell f’Malta u hemm ukoll madwar 1,000 rizza li diġa’ għandhom ħames xhur.
Posted on: Fri, 26 Jul 2013 17:09:08 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015