Tessie u Dun Benit Tessie kienet ġejja mis-suq u ltaqgħet ma’ - TopicsExpress



          

Tessie u Dun Benit Tessie kienet ġejja mis-suq u ltaqgħet ma’ Dun Benit. Dun Benit: L-għodwa t-tajba, Tessie, hux inti l-mara ta’ Xmun... jien ma żewwiġtkomx sentejn ilu lilek u lil Xmun? Tessie: Iva, Dun Benit, sewwa qed tgħid, diġà għaddew sentejn! Dun Benit: Għandkom xi żewġ it-tfal naħseb diġà hux? Tessie: Le, father, s’issa għadna b’xejn għalkemm nixtiequ ħafna. Dun Benit: Titħasseb xejn, il-ġimgħa d-dieħla sejjer Ruma u nixgħelilkom xemgħa tal-fertilità... anzi nixgħel waħda għalik u oħra għal Xmun. Tessie: Oh, xi ħlew, grazzi ħafna, Father... Hawn it-tnejn telqu għal triqthom. Għaddew xi snin u Tessie u Dun Benit reġgħu iltaqgħu. Dun Benit: Ara lil min qed nara, kif inti sinjura Tessie? Kif inti? Tessie: Tajjeb... tajjeb ħafna Dun Benit. Dun Benit: Għidli ftit... issa għandkom xi żewġt iqriemeċ jew? Tessie: Iva Father taf, għandna żewġ settijiet ta’ tewmin u sitta oħra, subien u bniet! Għaxra b’kollox. Dun Benit: Aħaaa famuż, prosit ħej! Kif inhu l-għażiż żewġek u ħabib tiegħi Xmun? Tessie: Mar sa Ruma biex jitfi dik l-ostra xemgħa li xegħltilna!!!
Posted on: Tue, 10 Sep 2013 10:45:06 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015