X’ħabbar il-Gvern matul din il-Ġimgħa : 13 ta’ Settembru - TopicsExpress



          

X’ħabbar il-Gvern matul din il-Ġimgħa : 13 ta’ Settembru 2013- 20 ta’ Settembru 2013 Tidħol fis-seħħ il-Liġi tal-Whistleblowers – Il-Gvern huwa kommess li jsaħħaħ il-ġlieda favur tmexxija nadifa u l-Att dwar il-Whistleblowers huwa kolonna importanti għal amministrazzjoni aħjar u iktar ġusta Sitwazzjoni inaċċettabli għal pajjiż li jistħoqqlu l-aħjar amministrazzjoni tal-Ġustizzja – fil-każ Joseph Lebrun vs Avukat Ġenerali – ċittadin ingħata s-somma ta’ €6,000 bħala kumpens minħabba t-tul ta’żmien li qed jittieħed biex tinqata’ sentenza finali mill-Qorti – għall-Gvern, id-dewmien esaġerat fil-proċeduri huwa kompletament inaċċettabbli Il-Libja ser tinvesti €21miljun f’Kampus Internazzjonali f’Malta li ser ikun f’Ta’ Ġiorni €11 –il miljun oħra għall-intrapriżi żgħar u Medji permezz tal-iniżjattiva Jeremie – We are committed to continue to support the small and medium size enterprises that are the backbone of the economy – Maltese Government signs JEREMIE Fund top-up agreement with European Investment Fund, injecting another €2million aimed at assisting SME’s. BOV confirmed as local partners Malta stock exchange must focus on Internationalisation, incentivisation and transparency – Prime Minister Joseph Muscat Wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Ornis Committe (Malta), u fl-isfond ta’ kunsiderazzjonijiet legali u parametri ta’ konservazzjoni applikabli, il-Gvern ippubblika avviż legali li bih qed jiħabbar il-ftuħ tal-istaġun limitat tal-insib tal-pluviera u l-Malvizz taħt kundizzjonijiet strettament sorveljati Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunal Industrijali jridu jittieħdu fl-iqsar żmien possibli – Il-Ħaddiema li sofrew diskriminazzjoni u inġustizzji fuq il-post tax-xogħol m’għandhomx jibqgħu jistennew is-snin biex isir ġustizzja magħhom – il-Ministru Helena Dalli Il-Gvern identifika s-settur tal-‘Business Aviation’ bħala wieħed ta’ tkabbir fejn pajjiżna jista’ jagħmel suċċess – Il-Ministru għat-Turizmu Karmenu Vella jħabbar li dalwaqt tkun imnedija White Paper għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-politika Nazzjonali dwar l-Avjazzjoni Konferenza Internazzjonali fl-Isla bħala parti mill-proġett ‘Il-Qawmien mill-Ġdid ta’ Bliet Antiki’ Il-Gvern Malti jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li l-Istati Uniti u r-Russja, wara diskussjonijniet twal, laħqu ftehim preliminari dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja Attakk mill-Oppożizzjoni fuq erba’ kurunelli li ġew promossi juri kemm l-istess Oppożizzjoni għadha timxi bil-politika tal-kuluri Il-Karnival lura fil-pjazza oriġinali tiegħu – Pjazza San Ġorġ Malta accepted the amendment of the convention on physical protection of nuclear material and acceded to the joint convention on the safety of spent fuel managment at IAEA treaty event 2013
Posted on: Fri, 20 Sep 2013 13:38:26 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015