33 Ħadd 24 ta’ Novembru 2013 Il-Ħamis, 28: Fil-5.30pm - TopicsExpress



          

33 Ħadd 24 ta’ Novembru 2013 Il-Ħamis, 28: Fil-5.30pm ikollna il-qrar u r-rużarju. Fis-6.00pm il-quddiesa u wara l-ħruġ tal-istatwa min-niċċa u s-Salve. Il-Ġimgħa, 29: Jum il-Bormliżi ta’ Barra Bormla Fil-5.15am ir-rużarju. Fis-5.45am Quddiesa kantata u wara l-Evanġelju jipprietka Patri Sandro Vella O.Carm. Fis-6.30pm quddiesa bi stedina għall-Bormliżi ta’ barra l-parroċċa. Is-Sibt, 30: Jum il-Familja Fis-7.00am Quddiesa tan-novena. Fid-9.30am Quddiesa għall-morda u għall-anzjani. Fil-4.45pm quddiesa għall-koppji li kellhom tarbija din is-sena u wara ssir il-preżentazzjoni tat-trabi. Fis-6.00pm quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2013 u dawk li qed ifakkru il-5, 10, 15, 25 u 50 sena tal-ħajja miżżewġa. Il-Hadd, 1: Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni. Fis-7.00am Quddiesa tan-novena. Fit-8.00pm l-quddiesa ssir fl-Oratorju. Fid-9.00am l-First Cospicua Scout Group u l-Girl Guides imexxu Church Parade għall-Parroċċa fejn fid-9.15am ssir quddiesa. Fis-6.00pm Quddiesa kantata kkonċelebrata mill-E.T. Mons Ġużeppi Mercieca Arċisqof Emeritrus ta’ Malta li fiha jagħmel id-diskors tal-okkażjoni Patri Alex Scerri O.Carm. Niġbdu l-attenzjoni dwar il-bżonn ta’ imġieba tajba fil-Knisja, nitfu il-mobiles, u ma noqgħodux inħallu postijiet riżervati. Importanti nħallu l-parking riżervat tal-Knisja u ta’ ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali liberu. Nissuġġerixxu biex tagħmlu użu mill-ġibjun ta’ ħdejn Santa Liena u quddiem l-iskola primarja għall-parking. Nirringrazzjawkom għall-ġenerożita’ tagħkom li dejjem turu fil-jiem tal-festa. Nappellaw biex jingħataw offerti ta’ flus minflokk bukketti.
Posted on: Sun, 24 Nov 2013 14:45:45 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015