PN Stqarrija - 24.01.2015 L-Oppożizzjoni titlob għal - TopicsExpress



          

PN Stqarrija - 24.01.2015 L-Oppożizzjoni titlob għal diskussjoni serja dwar il-finanzi pubbliċi L-Oppożizzjoni trid li f’pajjiżna jkun hawn diskussjoni serja dwar l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna u l-finanzi pubbliċi. L-istqarrijiet li qiegħed joħroġ il-Gvern – tlieta f’temp ta’ ftit siegħat - sfortunatament flok jagħmlu argumenti ekonomiċi sensibli huma aktar ffukati fuq attakki ta’ natura partiġġjana u saħansitra personali fuq il-kelliema tal-Oppożizzjoni. L-Opożizzjoni tfakkar li anke fl-eqqel tal-kriżi internazzjonli, l-ekonomija ta’ pajjiżna kompliet għaddejja b’saħħitha. L-Oppożizzjoni trid u lesta taħdem mal-Gvern sabiex l-ekonomija tagħna tkompli mixja l-quddiem speċjalment issa li s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika globali hija ferm aħjar milli kienet. Lokalment, hemm ċertu sinjali ekonomiċi u finanzjarji li huma preokkupanti u huwa d-dmir tal-Oppożizzjoni li tiftaħ għajnejn il-Gvern dwarhom. Huwa fatt li bejn l-1 ta’ Ottubru tal-2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014 id-dejn pubbliku ta’ pajjiżna żdied bi €220 miljun. Huwa fatt li n-numru ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku bejn Awwissu tal-2013 u Awwissu tal-2014 żdied b’aktar minn elfejn persuna. Huwa fatt li qed ikun hemm żieda qawwija fl-ispiża tal-Gvern speċjalment fejn jidħlu l-pagi, Operational Expenditure u flus li jintefqu minn entitajiet pubbliċi. Huwa fatt li bejn l-2013 u l-2015 il-Gvern se jkun żied in-nefqa fil-pagi fis-settur pubbliku b’aktar minn €57,000,000, jew żieda ta’ 9% fuq perjodu ta’ sentejn. Il-Gvern stess ikkummenta fuq dan fid-dokument Economic Survey li ppublika mal-aħħar budget. Fih hemm miktub hekk: “General Government expenditure registered an increase of 8.5 per cent in nominal terms during the survey period. This represents a 4.8 percentage point increase over the same period of last year. In real terms, general Government expenditure increased by 6.8 per cent compared to an increase of 1.5 per cent recorded in the first half of 2013.” Ir-rwol tal-Gvern fl-ekonomija huwa fundamentali u l-Gvern irid jassigura li n-nefqa tiegħu tkun sostenibbli u produttiva u kull ewro li jintnefaq iwassal għal attività ekonomika akbar li minnha jibbenefika l-poplu inkluż is-settur privat. Il-preżenza tal-Gvern fl-ekonomija qiegħda tikber u wieħed bilfors irid jistaqsi dwar is-sostenibniltà ta’ din l-istrateġija. Fl-istess ħin, qegħdin naraw li setturi oħra qegħdin jiċkienu. Ċifri pubblikati mill-Gvern stess juru li l-esportazzjoni u l-produzzjoni industrijali qegħdin juru fost l-akbar tnaqqis fl-Unjoni Ewropeja. Il-bejgħ mill-ħwienet ukoll qiegħed jonqos. Il-Gvern mhux talli mhux qiegħed joħroġ bi strateġija u programmi biex jgħinu lil dawn is-setturi, iżda donnu lanqas biss irid jammetti li hemm problemi. L-appell tal-Oppożizzjoni huwa sabiex il-Gvern joħroġ bi pjan serju ta’ kif inaqqas mhux ikabbar l-ispiża pubblika, u ta’ kif jixpruna aktar attività ekonomika mill-privat mhux lanqas billi jgħin is-setturi tal-manifattura u tal-bejgħ bl-imnut. Minflok jinħeba wara interpretazzjoni dubjuża ta’ statistika, il-Gvern għandu jagħmel kif wiegħed u jnaqqas id-dejn nazzjonali u mhux iżidu. Mario de Marco Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament Shadow Minister tal-Finanzi 24.01.15
Posted on: Sun, 25 Jan 2015 08:22:54 +0000

Trending Topics



/a>
It is going down. Start Time: 7:30 PM Entry Fee:
WATERPROOFING EXPERTS We specialize in: ·
If anybody was wondering why I havent been at church for like five
Prayer to our leaders especially GEJ and his cabinets.Grant to
Kiley here. I slept all night in my crate like a good girl. This

Recently Viewed Topics




© 2015