SIGNUM FIDEI ĦSIEB TAL-JUM It-Tlieta, 15 t’Ottubru Festa - TopicsExpress



          

SIGNUM FIDEI ĦSIEB TAL-JUM It-Tlieta, 15 t’Ottubru Festa ts’ Santa Tereża ta’ Ġesù (Verġni u duttur tal-Knisja) “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” SANTA TEREŻA TA’ AVILA – verġni u duttur tal-Knisja (1515-1582) • Santa Tereża twieldet f’Avila, Spanja, fit-28 ta’ Marzu 1515, għand familja sinjura. Telgħet ta’ natural ħelu u vivaċi. • Meta kellha seba’ snin, hi u ħuha iżgħar minnha, wara li qraw xi ħajjiet ta’ qaddisin martri, ġiethom f’moħħhom li jmorru għall-Missjoni biex imutu martri, iżda ma laħqux tbiegħdu wisq mid-dar meta ltaqgħu ma’ zijuhom u ħadhom lura għand ommhom. • Meta kellha 12-il sena, ommha mietet. Tliet snin wara, oħtha l-kbira, li kienet tieħu ħsieb id-dar, iżżewġet u l-missier daħħal lil Tereża mas-Sorijiet Agostinjani. Wara sena u nofs, mardet, u kellha tmur lura lejn id-dar. F’dawn is-snin kienet bierda ħafna fir-reliġjon. Imbagħad f’daqqa waħda, fl-1535, iddeċidiet li tidħol soru mal-Karmelitani li kienu f’Avila. Missierha għall-ewwel ma ridhiex, iżda mbagħad ċeda. • Sena wara li daħlet soru pprofessat. Imbagħad ġie fuqha żmien twil ta’ mard u ta’ nixfa fil-ħajja spiritwali. • Meta missierha kien marid hi marret iddur bih. Il-mewt tiegħu ġabet bidla ġo fiha għax marret tqerr għand il-konfessur tiegħu u dan ordnalha terġa’ tibda’ titlob. Issa kienet qrib l-erbgħin. • Imbagħad beda jkollha esperjenzi spiritwali, li nafu bihom għax hi niżżlithom b’mod ċar u b’sengħa l-iktar kbira f’kotba li llum huma meqjusa bħala klassiċi spiritwali: l-Awtobijografija, Mixja tal-Perfezzjoni, u Il-Kastell Ġewwieni. • Fl-1560, ġieha l-ħsieb li tirriforma l-ordni tagħha u ġġedded l-awsterità u d-dixxiplina ta’ qabel, u fl-1562, bil-għajnuna ta’ San Pietru ta’ Alkantara, minkejja bosta taħbit u tfixkil, rat l-ewwel erba’ Sorijiet Karmelitani Skalzi jilbsu l-libsa ġdida fil-monasteru l-ġdid ta’ San Jose’, f’Avila. Sitt xhur wara, meta ġieha l-permess, marret tgħix magħhom. Xahar wara ġiet magħżula biex tkun is-Superjura. • Wara xi snin ta’ ħajja kwieta, bdiet tiftaħ kunventi oħra mxerrdin ma’ Spanja. Fl-1568, bil-għajnuna ta’ San Ġwann tas-Salib, waqqfet l-ewwel monasteru tal-Patrijiet. B’kollox hi fetħet 17-il kunvent tas-sorijiet u 15 tal-patrijiet. • Fl-aħħar vjaġġ tagħha fl-1582, wara li fetħet monasteru f’Burgos, telqet lejn Alba de Tormes. Meta waslet, fl-20 ta’ Settembru, kienet għajjiena ħafna u marida, inxteħtet fis-sodda u mietet ftit ġranet wara, fl-4 ta’ Ottubru. • Fl-1622, il-Papa Girgor XV kkanonizzaha, u fl-1970, il-Papa Pawlu VI, ipproklamaha Duttur tal-Knisja, flimkien ma’ Santa Katerina ta’ Siena. Riflessjoni: L-Imitazzjoni ta’ Kristu, It-Tielet Ktieb: Kap. 44 O Sinjur, fiex wasalna? Nibku l-ħsara ta’ did-dinja, għal ftit qligħ nitħabtu u niġġerew, imbagħad il-ħsara ta’ ruħna ninsewha għalkollox, u jekk naħsbu fuqha jkun fl-aħħar ta’ ħajjitna. Ħsiebna fi ħwejjeġ li ftit jew xejn jistgħu jiswewlna, biex dawk li neħtieġu fuq kollox inħalluhom fil-ġenb bħallikieku xejn. Dan hu l-bniedem; jagħti ruħu għal kollox, għall-ħwejjeġ tad-dinja, u jekk ma jiftaħx għajnejh minnufih jibqa’ marbut magħhom għal dejjem. Aqra l-Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle ghal-lum Nru. 177 silta mit-3 punt: Oh, how fortunate this saint (Saint Teresa of Avila) was to enjoy the presence of God! This caused her to perform all her actions in view of God, and it led her to make a vow to do whatever she knew was most pleasing to God. This is the result of frequent and fervent prayer, to enjoy God by anticipation as far as living faith can procure this happiness in this world. If you love God, prayer will be the food of your soul, and God will enter within you and will have you eat at his table, as Saint John says in the Apocalypse. You will then have the advantage of having God present in your actions and of having no other purpose than to please him. You will even have a constant hunger for him, as the Wise Man says, for, according to the expression of the Royal Prophet, you will not be filled until you enjoy his glory in heaven. By living a holy life, be worthy of such grace and of possessing such happiness. TALBA Tħalli xejn jinkwetak. Tħalli xejn ibeżżgħek. Kollox jgħaddi. Alla biss ma jinbidilx. Bil-paċenzja, kollox tikseb. Għal min hemm Alla fih, ma jonqsu xejn, Alla waħdu biżżejjed. Ammen. Santa Tereża ta’ Avila, ta’ Ġesù Missierna ... Qari: 1. Rumani 1: 16-25 Il-bnedmin għad li lil Alla għarfuh, ma tawhx ġieħ ta’ Alla li hu. 2. Salm18 : 2-5 Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla. 3. Luqa 11: 37-41 Agħtu karità minn dak li hemm ġewwa, u taraw kif kollox ikunilkom nadif.
Posted on: Tue, 15 Oct 2013 04:39:04 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015