X’għandek tagħmel waqt aċċessjoni: • Ibqa’ kalm u - TopicsExpress



          

X’għandek tagħmel waqt aċċessjoni: • Ibqa’ kalm u innota l-ħin x’ħin bdiet l-aċċessjoni. • Ibqa’ ħdejn it-tifel u ara li ma jaqax għal isfel jew jaħbat ma xi ħaġa iebsa. • Meta tgħaddi l-aċċessjoni, dawwar it-tifel fuq ġenbu biex ma jixraqx. X’ma għandekx tagħmel waqt aċċessjoni: • Tipprovax iżżomm iċ-ċaqliq tal-idejn u s-saqajn. • Tpoġġix oġġetti jew subgħajk fil-ħalq. • Tagħtix mediċina biex tnaqqas it-temperatura waqt l-aċċessjoni. • Tpoġġix lit-tifel f’banju bl-ilma jew taħt shower. IL-ĠENITURI JITWERWRU U JAĦSBU LI T-TIFEL QED IMUT META JARAW AĊĊESSJONI L-EWWEL DARBA. MADANKOLLU L-AĊĊESSJONI TAD-DENI TGĦADDI MINGĦAJR EBDA PROBLEMI. Kellem tabib jew ħu lit-tifel l-isptar jekk l-aċċessjoni ddum aktar minn 5 minuti, jew kienet l-ewwel darba, jew bid-deni.
Posted on: Mon, 30 Sep 2013 20:46:48 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015