Araw x’ħarsa qiegħed iħarsilha ħija Charles Arrigo - TopicsExpress



          

Araw x’ħarsa qiegħed iħarsilha ħija Charles Arrigo lill-attriċi Ġemma Portelli! Ġemma Portelli titwieled fit-30 ta’ Settembru 1932 u ħija Charles fetaħ ix-xandir nazzjonali propju 30 sena wara nieqes ġurnata fid-29 ta’ Settembru 1962. Il-ħarsa ta’ ħija Charles li qiegħed jagħti lil Ġemma Portelli, tfakkarni fil-ħarsa li Charles kien jagħtini meta kont għadni daqsxejn ta’ tifla. Intom x’taħsbu? Araw iż-żewġ ritratti u qabblu intom! Ħija Charles u Ġemma, it-tnejn għexu u trabbew fil-Belt Valletta u ħallewna waħidna fl-istess xahar. Ix-xahar tal-maħbubin. 13 ta’ Frar 2006 u 22 ta’ Frar 2008 rispettivament. Charles ta’ 76 sena u Ġemma ta’ 75 sena. F’dan ir-ritratt jidher ukoll ix-xandâr mibki Victor Galdes. Aktar stejjer ta’ personaġġi tax-xandir minn għajnejn l-istejjer ta’ Charles Arrigo, irrakkontati minni Evelyn Arrigo, IT-TNEJN 11 TA’ AWWISSU 2014 FIT-8.30PM fil-programm BAMBOO fuq l-istazzjon televiżiv XEJK waqt l-intervista li se ssir lili, mill-Preżentatur dinamiku ta’ qalb ġentili ta Ivan Bartolo, taħt id-Direzzjoni tal-eleganza u l-galanterija ta’ Paul Galea. Jekk b’xi mod jew ieħor kemm professjonali u kemm personali kontu tafu lil ħija Charles Arrigo, tistgħu tintervjenu waqt id-diskussjoni fuq in-numri tat-telefon 5210 2057. L-għada tal-programm: IT-TLIETA 12 TA’ AWWISSU 2014 tinsewx il-ġurnata ta’ divertiment fi Sqallija mat-team ta’ XEJK television, Calypso Ten 18 u Solid Malta 100.2. Ċemplu fuq numri 79771005 biex tirriservaw post. Ripetizzjoni tal-programm BAMBOO: l-Erbgħa, 13 ta’ Awwissu 2014 fin-12.30pm dejjem fuq istazzjon televiżiv XEJK.
Posted on: Wed, 06 Aug 2014 11:28:29 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015