Din hija l-istorja 1880 twaqqaf partit politiku Malti - TopicsExpress



          

Din hija l-istorja 1880 twaqqaf partit politiku Malti ,maż-żmien dan il-partit beda ix-xaqleb lejn il-Kultutra Taljana tant li kien qrib il-partit faxxista Taljan taBenito Mussolini il Duce li Ħoloq (Squadra taterrur fl-Italja la camicia nera ). l-ewwel oppożizzjoni li sabu kienet ġejja minn Gerald Strickland raw kif għamlu minn kollox u bġurament falz taTerinu ħolqu l-istorja tal-mażunerija, Strickland spiċċa skommunikat mill-awtoritajiet tal-knisja liema skomunika waslet għal qerda tal-karriera politika tiegħu. Matul iż-żmien kien hawn bosta taqlib fil-politika Maltija tant li kemm il-darba il-Gvern Ingliż irrtira il-kostituzzjoni lil Poplu Malti u ħa it-tmexxija totali fidejħ. fl-ewwel snin tawara it-tieni gwerra dinija il-Partit Nazzjonalista matanx kien bsaħħtu il-mexxej tiegħu Nerik Mizzi kien għadu kif ġie lura mill-eżilju fl-Uganda flimkien maMaltin oħra u dan wara l-internaħom il-Gvern Ingliż minħabba is-simpatija tagħhom lejn l-Italja. Maż-żmien il-Partit Nazzjonalista beda jisaħħaħ u dan grazzi għal għajnuna minn xi uħud mill-membri tal-kleru li aktar kienu jaqdu missjoni taPolitikanti milli il missjoni fdata lilhom minn Alla biex ix-xandru kif xieraq u jipprattikaw il-kelma tiegħu. Kien hawn li bdit il-battalja kontra il-mexxej ġdid tal-Partit Laburista Duminku Mintoff, akkost takollox il-Partit Nazzjonalista kif ukoll fil-maggoranza tal-membri tal-kleru mariedux li jerġa isseħħ dak li kien ġara fl-1955 u Malta ikollha Gvern Laburista,għaldaqstant GĦAL-ELEZZJONIJIET TAL-1962 U DIK TAL-1966 il-knisja Maltija taħt it-tmexxija taSir Michael Gonzi isqof taMalta inponit l-INTERDETT fuq il-Mexxeja , l-Attivisti u kull minn jaqra jew iqassam il-Gurnal tal-Partit Laburista, l-għajta kienet li jekk jirbaħ Duminku Mintoff Malta issir Komunista, u issir dittatura bħal makien qed issir fi Spanja taħt it-tmexxija tal-Ġeneral Franco, (Nies tatendenza Laburista ġew midfuna fart mhux ikkonsagrata jew aħjar fil-miżbla taċ-ċimiterju , Tfal li ġejjin minn familji Laburisti ma jagħmlux Praċet jew Griżma, Persuna Laburista ma tistax tirċievi is-sagramenti, kopji jiżżewggu fis-sagristija għax huma Laburisti, barra minn hekk Membri tal-Kleru kif ukoll tadiversi għaqdiet religjuzi kienu jisfrattaw attivitajiet tal-Partit Laburista . Il-Partit Nazzjonalista approfitta minn din is-sitwazzjoni bla ebda skruplu, tant li qatt maikkundanna dan l-aġir minkejja li kien jaf li qed tinkiser sfaċċatament il-liġi għax kien qed issir indħil mill-knisja Maltija fil-politika għal gwadan taPartiti Oħra, fosthom il-Partit Nazzjonalista għal skapitu tal-Partit Laburista tant iż-żewġ elezzjonijiet li saru fis-snin sittin ġew mirbuħa mill-Partit Nazzjonalista taGorg Borg Olivier u dan minkejja li il-Partit Laburista taDuminku Mintoff warajħ kellhu popolarita ta51 elf li baqaw jissejħu bħala is-suldati tal-azzar. Lejn l-aħħar tas-snin sittin u il-bidu tas-snin sebgħajn il-Knisja Maltija u il-Partit Laburista waslu fi ftehim li qatt aktar mal-Knisja tidħol fuq l-interessi tal-Istat, tneħħa id-dnub il-mejjet u il-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjoni taGunju tal-1971, il-Partit Nazzjonalista bebda mod ma ried jaċċetta din it-telfa tant li fuq il-ħames distrett li spiċċa wieħed deċiżiv mirbuħ mill-Partit Laburista talab tliet recounts iżda ir-riżultat baqa l-istess 28 siġġu għal PL u 27 siġġu għal PN, sa minn dak il-ħin bdew tentattivi sabiex il-ħajja taGvern Laburista tkun qasir tant li fil-31 ta’ Mejju tal-1973 id-deputat Laburista Għawdxi Anglu Camilleri ( il-Bedeq) kien offrut 120 elf lira biex jivvota kontra il-Gvern, liema offerta minkejja li kienet sostanzjali kienet irrifjutata minn dan id-deputat lejali lejn il-Gvern Laburista li huwa kien jifforma parti. Fl-1976 il-Partit Nazzjonalista ġarrab telfa oħra elettorali, il-ħtija intefat fuq il-Kap tal-Partit Gorg Borg Olivier tant li tneħħa mill-karġa kontra kull xewqa tiegħu,f’April tal-1977 laħaq kap tal-Partit Eddie Fenech Adami bdit ħidma bla eda biex il-Partit Nazzjonalista jirbaħ l-elezzjoni tal-1981, il-Pajjiż kien qrib li jieħu il-Ħelsien Sħih minn kull ħakma barranija wara bosta mijiet ta’snin, il-Gvern Laburista minflokk sab l-appogg meħtieġ tal-oppożizzjoni Nazzjonalista fuq din il-kawża, sab oppożizzjoni tbeżża lil-poplu li bit-tluq tal-bażi militari Ingliża minn Pajjiżna se immutu bil-ġuħ, l-għajta tagħhom kienet,li SE JIĠU IĊ-ĊINIZI JEW IR-RUSSI U JIBILGĦAWNA, SE JINVADUNA L-GĦARAB. Waslet l-elezzjoni tal-1981 il-Partit Laburista rebaħ din l-elezzjoni bil-maggoranza parlamentari kif fuq kollox kienet tgħajd il-kostituzzjoni, il-Partit Nazzjonalista ma’aċċettax dan il-verdett għax kien ġab il-maggoranza popolari (xi ħaġa li il-Partit Laburista kiseb kemm il-darba imma ma’kellhux il-poter f’idejħ għax il-Partit Nazzjonalista kien jagħmel koalizzjoni ma’ xi partit ieħor biex jikseb l-akbar ammont u jiggverna). Il-kap tal-Partit Eddie Fenech Adami ħareġ b’sensiela ta’diżubbidjenza ċivili, Bojkott’s ln-neġozzjanti ta’tendenza Laburista u li ma obbdewx iddirettiva tal-Partit Nazzjonalista fl-Imnarja u fetħu in-negozju tagħhom, Bojkott il-Parlament u lix-Xandir tal-istat, Mass Meetings tal-Partit kull nhar ta’Ħadd li ħolqu bosta provokazzjoni li fiha waqaw partitarji Laburisti, kien hawn inċidenti kbarli għamlu ħafna ħsara lil pajjiżna, fosthom il-qtil tal-inoċċenti Karen Grech u Raymond Caruana, kien hawn li il-Partit Nazzjonalista għamel kapital politiku għamel wegħda solenni li kif issir Prim Ministru tal-Pajjiż jiżvela il-qattiela ta’dawn iż-żewġ vitmi ( xħaġa li minkejja li għaddew bosta snin għada qatt ma kienet żvelata), instabu Armi u munizzjon moħbija filwaqt li inħolqot skwadra speċjali biex tissalvagwardja lil Kap tal-Partit u l-amministrazzjoni. Bil-għajta ta’rikonċiljazzjoni Nazzjonali il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni tal-1987,sfortunatament din il-wegħda inkisret sa mill ewwel jiem ta’Gvern ġdid u persuni magħrufa bħala Laburisti ġew trasferiti minn fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom. Bil-kontra ta’Gvern Laburista tal-1971, Gvern Nazzjonalista sab pajjiż b’riżorsi finanzjari tajbin din kienet ta’għajnuna biex l-elezzjoni ġenerali ta’wara reġat intrebħet mill-Partit Nazzjonalista, matul it-tieni leġislatura il-Pajjiż sab ruħu fi kriżi finanzjarja u dan grazzi għal għajta ta’MONEY NO PROBLEM, biex fl-1996 il-Partit Laburista wara għaxar snin ingħata il-fiduċja tal-poplu, wara inkwiet intern fl-1998 issejħet elezzjoni ġenerali bikrija li fiha il-Partit Nazzjonalista kiseb il- maġġoranza popolari kif għamel ukoll fl-elezzjonijiet tal-2003 u l-2008, matul dawn il-ħmistax il-sena Eddie Fenech Adami minn Kap tal-Partit Nazzjonalista u Prim Ministru sar President tar-Repubblika u dan minkejja li fil-maggoranza kbira tal-poplu kien kontra din il-ħatra, Lawrence Gonzi sar l-ewwel Prim Ministru Malti wara id-dħul ta’Pajjiżna fl-unjoni Ewropea, fost il-biża li jekk nibqaw barra ma nibqawx meqjusa bħala Ewropej u li il-Partnership proposta mill-Partit Laburista kienet biss Ħolma taAlfred Sant li issa kien sar il-Mexxej tal-Partit wara Karmenu Mifsud Bonnici. Wara it-telfa elettorali bi ftit voti fl-2008 il-Partit Laburista bidel il-Mexxej tiegħu,bidel il-viżjoni politika tiegħu u aġġorna ruħu bis-sħiħ biex issir Partit Modern u Gvern Alternattiv, ftit wara din il-bidla fit-tmexxija tal-Partit Laburista u bidu ta’ħidma għal leġislatura ġdida, Gvern Nazzjonalista b’maggoranza ta’ membru wieħed fil-parlament beda ikollhu ħafna nuqqas ta’qbil fuq diversi suġġetti, fosthom tispikka il-liġi tad-Divorzju li minkejja li il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien kontra, il-poplu b’Maggoranza kbira popolari kien favur , il-liġi għaddiet minkejja li kienet kontra ix-xewqa tal-Gvern fejn saħansitra il-Prim Ministru stess fil-Parlament naqas milli jirrispetta il-maggoranza popolari u ivvota kontra il-liġi. Matul il-kampanja referendarja li saret bħala konsultazzjoni bejn il-Gvern Nazzjonalista u il-Poplu, nibtu bosta oppinjonisti u gruppi fil-biċċa il-kbira tagħhom kienu kontra il-liġi, saru anki billboards u diskorsi fil-knejjes, kienu ħafna li ftakru fiż-żmien ikraħ tas-sittinijiet iżda din id-darba kienu il-ftit li beżaw mid-dnub għax il-kuxxjenza kienet safja u il-popolazzjoni aktar matura. Fl-9 ta’Marzu 2013 saret l-elezzjoni Ġenerali il-Partit Laburista b’maggoranza popolari ta’aktar minn 36 elf rebaħ il-fiduċja tal-poplu, in-nies kienu iddejqu bl-arroganza u l-attegament ta’ uħud fit-tmexxija tal-pajjiż ,fil-Partit Laburista u il Mexxej Tiegħu Joseph Muscat il-poplu Malti u Għawdxi ra viżjoni ġdida bħal ma’kien ra 1971 u 1987. l-istorja riċenti hija din il-Partit Laburista wiret diversi problemi kbar l-aktar finanzjari wara ħakma ta’kważi kwart ta’seklu mill-Partit Nazzjonalista, fost il-ħidma bla li qed jagħmel biex il-pajjiż iqum fuq saqqajħ fl-iqsar żmien possibbli, attwalment il-Gvern Laburista qed iressaq il-liġi sabiex wieħed ikun jista jixtri iċ-ċittadinanza Maltija, l-oppożizzjoni Nazzjonalista issa taħt it-tmexxija ta’Simon Busuttil qed tbeżża għal darba oħra lil poplu Malti li iċ-ċittadinanza u ir-reputazzjoni tiegħu mhux se tibqa tajba mal-barranin u se tispiċċa jekk din il-liġi tkun approvata, hawn għal darba oħra toħroġ l-ippokresija tal-Partit Nazzjonalista għax bħal ma kulhadd jaf bejn 2004 u 2013 taħt amministrazzjoni Nazzjonalista 6,805 persuna kisbu iċ-ċittadinza Maltija bla ħlas . Din hija Ġrajja ta’poplu fil-qosor li seħħet fir-realta’ ,hawn ħafna li bħali għexna din il-ġrajja għalkemm mhux mill-bidu tagħha, għal dawk li għaddew minn dan kollhu u li il-lum ma’għadhomx magħna niddedika din il-kitba, għax grazzi lilhom ukoll biex aħna dak li aħna il-lum, fuq kulħadd lil Perit Duminku Mintoff li għallieħ u għalina Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox. Alex Camilleri Is-Sibt 16 ta’Novembru 2013
Posted on: Sat, 16 Nov 2013 12:40:08 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015