FATTI MILL- IMGĦODDI Għalkemm il-ktieb kullu l-Baħar Rasu - TopicsExpress



          

FATTI MILL- IMGĦODDI Għalkemm il-ktieb kullu l-Baħar Rasu Iebsa hew għal qalbi, din il-ġrajja ħessejte iktar minn oħrajn u jiene u niktibe busta drubi ntleft fl-immaġinazzjuni tal-imgħoddi, nippruva nġib quddiem għajnejje lir-reħel ta fowq kif kien fdawk iż-żmienijiet, nippruva niddiskrievi in-nies li semmejt, lil surithom, harsithom u mġiebthom l-iktar ta Tunin Kadanja li minn simpliċi ġuvnott jilgħaq ix-xemx u fursi jagħmel xi jumejn xogħol għal feħem, ħejtu tbiddlet u sur l-iprem sejjied tażmienu, l-iġgant fost is-sejjiede kullha u li baqa leġġende sal-lewm, tant li filli ħedd ma kien juf minhew du Kadanja sa anki ssemmiet triq għaliħ fMarsaxlokk u jkewn tessew jixreq jekk tissemme waħde għalih freħel twilidu iż-Żejtewn. PADRUN KADANJA Fursi kif għadt drubi oħra ..is-sajd kif nafuh il-lum m`ilux aktar minn seklu u nofs,ghalkemm il-pijunier kien Sqalli,izda l-ewwel sajjied Malti li wettaq dan kien iz-Zejtuni Tonin Attard li bil ftit accessorji li kien iddobba kien ta`bidu ghall din l-industrija li kull pajjiz li ghandu xi parti tieghu tmiss mal-bahar dejjem taha importanza minhabba l-ekonomija tal-pajjiz u Malta ma kienitx eccezzjoni imma kellhom jghaddu hafna u hafna snin biex is-sajjied Malti gie moghti tassɛw l-gharfien li jisthoqqlu u min hemm,voldieri mis-snin 50 is-sajjied Malti beda jintrefa mill mizerja li kien jghix fiha,kellu l-fakulta u l-barka tal-gvern Laburista ta`dak iz-zmien biex iggib liema mirkeb irid,kbir kemm hu kbir u minbarra hekk kellu wkoll bosta sussidji fuq irkaptu u wara anke fuq lixka,meta kien gie ntrodott is-sajd ghall pixxispʊd. Tonin Attard imlaqqam Kadanja twieled iz-Zejtun fis-sena 1823,Kadanja kien sajjied fi klassi ghalih wahdu u,minbarra l-hilɛ li kellu fix-xoghol,kien bahhar stonkuz ghall ahhar,kellu dghajsa msejjha tat-Taljaman li ghall dak iz-zmien aktarx kienet l-akbar wahda f`Marsaxlokk.Biha kien jahdem ta`sajjied u anke kien igib it-tonn minn Sqallija.Hiltu kienet maghrufa f`dawk ix-xtut li l-Isqallin mhux b`Kadanja kienu jafuh imma bhala il-Lupu tal-Bahar Malti. Fost is-sajjieda shabu kien meqjus bhala s-sultan,kullhadd sejjer ghandu ghal xi parir,u Kadanja ghalkemm dittur sa gharqubu f`dak li kellu x`jaqsam mal-bahar erhilu bil-hlewwa kollha jispjega lis-sajjieda principjanti dak kollu li jkunu talbu jew staqsew. Minn taht idejn Kadanja hargu sajjieda qalbiena u ta`kuragg liema bhalu,u ta`min jghid li dan Kadanja kellu mohhu ghat-tbassir tat-temp qisu sturment meteoroligiku. Tant kien bravu fit-tbassir tat-temp li ghadha sal-lum f`Marsaxlokk li meta xi zaghzuh jithajjar ibassar it-temp l-anzjani jaqbzu fuqu u jghidulu . “Ciss qisekx padrown Kadanja hej” L-ewwel darba li Kadanja wera xi jsarraf fuq il-bahar kellu biss 18 il-sena madwar erba` xhur biss li kien tala jahdem fid-dghajsa ta`certu Fernando Cossai. Dan Cossai ghalkemm imwieled Malta kellu l-genituri tieghu Sqallin u kien jitkellem bil-Malti mfarrak,izda kien jiftieghem tajjeb,tant li kien jippreferi jitkellem bil-Malti milli bl-Isqalli. Fernando kien joqghod iz-Zejtun precizament Bir id-Deheb,u l-bicca l-kbira tal-hin liberu tieghu kien iqghattaw f`xi hwienet tal-imbit li kienu mxerrda mar-rahal kollu specjalment fir-rahal ta`Fuq minn fejn kwazi hargu is-sajjieda Zwieten kollha. Intant Fernando Cossai kien sar midhla sew taz-Zejtun u taz-Zwieten li malajr laqqmuh Kaptan Beccun ghall qalb tajba li kellu.Huwa kellu l-hila jhajjar bosta minnhom biex jahdmu fuq il-bahar fid-dghajsa tieghu halli jgibu it-tonn minn Sqallija,u dawk li kienu thajru ghamlu zmien twil jahdmu mieghu. Dak iz-zmien is-sajd kif kwazi nafuh illum kien ghad irid jitwieled minn Sqalli iehor u ghalkemm kien isir xi ftit qbid tal-hut,il-gzejjer taghna kienu jimpurtaw kwantitajiet ta`tonn minn Sqallija u minn xi drabi minn Tripli wkoll u din il-hidma kienet issir kwazi kull hmistax jew tlett gimghat. Darba fost l-ohrajn nhar it-12 ta`Jannar 1841 fil-hanut ta`Margerita Buttigieg fejn kien hemm Fernando,dahal zaghzuh li l-barma li kien mibrum bilfors ridt thares lejh darbtejn.Kien Kadanja;Fernando iccassa lejh u f`qalbu qal. “X`dirghajn dawk ghall mokdief,mahluk ghad-dghajsa tieghi.” Kadanja resaq lejn il-bank bil-kisra hobs li kellu f`idu u qal. “A Gerit ghamilli naqa nbit,u ghamel lil dawn ukoll.” Kien qieghed jirreferi ghall Fernando u ghaz-zewg zaghzah li kienu qedghin jixorbu u jitkellmu mieghu waqt li dar lejhom u qalilhom. “Ixurbu hbieb.” Wiehed minnhom li kien jismu Mikiel qallu. “Ixrop Ton,jaqaw kont ma tiflehx?Ilek naqa ma tidher l-haw!” “Le Kiel, u ent ma tufx,kulltant naghmel xi jumejn xoghol mite nsijp,il-pqija mhewx lejn Dillimura mmowr.” “Anki Salvu staqsa ghalijk ghax riedek taghmel xi jumejn mieghaw ghall melh.” “Li kieku rajtu kont immowr sijap,avulja x-xoghol tal-melh hew qalijl,imme x`taghmel ikullok tmowr la ma tehdemx.” Sakemm kien qieghed jinghad dan id-diskors Fernando ma qalax ghajnejh minn fuqu u wara ftit qal lil Gerit. “Signora,izzomlux flus lil dan iz-zghazuh,anzi erga ghamillu u ghamel lilna wkoll.” “Iwa ,iwa dalwaqt maghkom tu.” Qallu Salvu zewg Gerit li dahal wara l-bank minflok martu Gerit u servihom hu. F`dan il-waqt Kadanja dar lejn Fernando u staqsieh. “Jaqaw mintijx Multi ent hebijb?Qatt ma nzirtajtek haw.” “Insomma insomma…… nofsu Malti u nofsu Sikalli.” Wiegbu bid-dahka Fernando.L-imbid beda jinxtorob u d-diskors aktar kotor u Fernando bil-hsieb li jakkwista lil Kadanja stenna l-mument jasal u gie ghat-tir ta`rasu billi qallu. “Ghandu jkun inti Tonio ma tahdimx hux kif kieghed nisimghek titkellem?” “Hemm ghalfejn targa tghajdli hija?Mhux gu ghat li kulltant naghmel xi jumejn ghall fehem ma ta` l-Gharajs jew ma mijn insijp?Inkelle li jigi ghall idejje.” “Ghax ,kieku ……kieghed nghid….tifel bhalek mahluk ghal god-dghajsa tieghi…eh….xi tghid Tonio kieku noffrilek tigi tahdem mieghi fid-dghajsa?” “Ma nghajd xejn..nehsep li nigi tu..ghax joghgubni l-beher ghalkemm qatt ma hdemt fuqu hlief nitla xi tuvla ghall foq xi vapowr.Jekk nigi….ha nghajdlek minn issa tu,tistenniex minni xi affarijiet kbur.” “Le…le.ix-xoghol tieghek ikun li takdef meta ma nkunux arbulati.” “Le sijap mghamilne xejn tu,ghax jiene qatt ma qdeft u ma nufx neqdef?” “Non importa……malajr titghallem..hadd ma kien kaddief kabel ma kabad mokdief mhux hekk,kien hawn xi hadd bravo mill-ewwel?” Dan il-kliem,Kadanja stampah go mohhu ghall dejjem u qatt ma nsieh,wara li ha it-tazza f`idejh hares lejn Fernando u qallu. IKUMPLI
Posted on: Mon, 27 Oct 2014 03:15:08 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015