IL-ĦADD 21 TA’ LULJU: Jum il-Festa 08:15 Quddiesa Solenni - TopicsExpress



          

IL-ĦADD 21 TA’ LULJU: Jum il-Festa 08:15 Quddiesa Solenni mmexxija mill-Kappillan Dun Joseph Buhagiar bis-sehem tal-Kleru tal-Parroċċa. Il-Paniġierku jsir mill-Kan. Mark Ellul. 09:30 Ħruq ta’ murtaletti waqt is-Sanctus. 10:30 Marċ tradizzjonali mis-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan li tgħaddi minn dawn it-toroq: San Bartilmew, Vitorja, San Rafel, Vitorja, San Sebastjan, San Bartilmew, Kbira, San Sebastjan, sa quddiem il-Kazin tas-Soċjetà Filarmonika Pinto. 18.00 Quddiesa solenni kkonċelebrata minn Dun Michael Bugeja. 18.30 Marċ mill-Banda Duke of Connaught’s Own tal-każin Santa Liena ta’ Birkirkara tul it-Triq San Sebastjan u Triq San Bartilmew fejn tilqa’ l-ħruġ tal-Istatwa ta’ San Sebastjan Martri mill-Knisja. Fit-20:15 l-istess banda tagħmel programm mużikali quddiem il-Każin tas-Soċjetà. 19:15 Ħruġ tal-Purċissjoni bl-istatwa Titulari ta’ San Sebastjan Martri li tgħaddi minn dawn it-toroq: Vitorja, San Rafel, San Sebastjan, San Bartilmew, Kbira, San Sebastjan, San Bartilmew sal-Knisja Parrokkjali. Il-purċissjoni titmexxa minn Dun Michael Bugeja. Il-Purċissjoni tkun akkumpanjata mill-Banda San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ. Ħruq ta’ salut, kaxxa infernali spanjola kbira u sett ta’ murtali bil-logħob. 20:00 Waqfa fil-purċissjoni quddiem l-istatwa ta’ San Sebastjan tal-pjazza fejn isir talb u kant ta’innijiet. 20.30 Il-Banda Vittoria tan-Naxxar tibda marċ minn triq San Bartilmew u jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Kbira, San Sebastjan, San Bartilmew sa quddiem il-Knisja Parrokkjali fejn takkumpanja fid-dħul tal-Istatwa ta’ San Sebastjan Martri. Fil-23.00 l-istess banda tagħmel il-marċ tal-aħħar fejn takkumpanja lid-dilettanti tan-nar sa quddiem il-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Pinto. 21:30 Ħruq ta’ sferi, blalen, beraq kulurit, bukketti u murtali tal-kulur u kaxxa tal-kulur, mad-dħul tal-Purċissjoni. 22:00 Wasla tal-istatwa titulari quddiem il-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Pinto fejn tingħata tislima xierqa u jitkantaw diversi innijiet. 22:30 Dħul tal-purċissjoni bil-kant tal-Antifona fost l-entużjażmu tad-devoti u partitarji Bastjanizi. Tingħata l-barka sagramentali u kant tal-Innu Popolari.
Posted on: Sat, 20 Jul 2013 14:35:46 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015