Il-Muniti tal-Kavallieri f’Malta Fl-1530, l-Imperatur Karlu V - TopicsExpress



          

Il-Muniti tal-Kavallieri f’Malta Fl-1530, l-Imperatur Karlu V ta‟ Spanja ta lil Malta bħala fewdu lill-Ordni ta‟ San Ġwann ta‟ Ġerusalemm, li llum hi magħrufa offiċċjalment bħala L-Ordni Sovran Militari u Ospitallier ta‟ San Ġwann ta‟ Ġerusalemm, ta‟ Rodi u ta‟ Malta. Bil- għajnuna tal-Papa Klement VII, l-Ordni, minkejja kemm saħaq l-Imgħallem taz- Zekka ta‟ Messina biex jiċħdilha l-jedd li taħdem il-muniti, kisbet il-privileġġ li taħdem il-muniti f‟Malta. L-ewwel muniti li jidhru li nħadmu f‟Malta mill-Kavallieri kienu dawk li saru matul is-saltna qasira tat-tieni Granmastru, Pietro del Ponte (1534- 1535). Matul il-ħakma tagħha ta‟ 268 sena f‟Malta, l-Ordni ta‟ San Ġwann ħadmet muniti kemm tad-deheb, kemm tal-fidda kif ukoll tar-ram. Wara l-wasla tal-Kavallieri f‟Malta, is-sistema monetarja tfasslet fuq dik ta‟ Sqallija. Fl-1609, il-Kunsill ta‟ l-Ordni ħatar ukoll Kummissjoni sabiex tistħarreġ ir- regulamenti l-ġodda li kienu nħarġu għaz-Zekka Sqallija ta‟ Messina, sabiex tiżgura li l-muniti Maltin minn dak iż-żmien „il hemm ikunu jaqblu ma‟ dawk ta‟ Sqallija kemm fl-użin kif ukoll fit-titlu tagħhom. Kultant kienu jitħallew jiċċirkulaw flimkien mal-munita lokali xi muniti barranin bħad-Dubluni u l-Pjastri Spanjoli, iz-Zekkini Venezjani, flus ta‟ Livorno u ta‟ Ġenova, u l-Lwiġ tad-deheb. Minħabba d-diffikultajiet finanzjari kritiċi li qamu wara l-Assedju l-Kbir ta‟ Malta mit-Torok fl-1565, u minħabba l-ħtieġa ta‟ aktar flus sabiex jitħallsu l-bosta eluf ta‟ ħaddiema li kienu qegħdin jaħdmu fil-bini tal-belt il-ġdida Valletta, l-Ordni dehrilha li kien jaqblilha toħroġ muniti fiduċjarji tar-ram. Fuq l-irġejjen ta‟ dawn il-muniti jidhru minquxin żewġ idejn jieħdu b‟xulxin imdawrin bil-kitba “NON AES SED FIDES” (“Mhux Flus Iżda Fiduċja”). Skond l-istoriku ta‟ l-Ordni Giacomo Bosio, il- Granmastru Jean de la Valette (1557-1568) kien wiegħed li jifdi dawn il-muniti tar- ram f‟“metall nobbli”, u kien ukoll rabat ir-rata tat-tisrif tagħhom mhux biss b‟parita‟ mal-muniti tal-fidda Maltin, iżda mal-muniti tal-fidda Sqallin ukoll. Il-muniti fiduċjarji tar-ram maħruġin minn Granmastri oħrajn baqgħu jintużaw f‟Malta b‟parita‟ ma‟ muniti tal-fidda Sqallin, u baqgħu iżommu l-valur tagħhom mal- muniti tal-fidda lokali, sa ma miet il-Granmastru Antoine de Paule fl-1636, billi l- ammont maħruġ fiċ-ċirkulazzjoni kien ftit jew wisq proporzjonali mal-ħtiġijiet interni tal-Gżira. Iżda meta l-Granmastru Jean-Paul Lascaris Castellar (1636-1657) fettillu ħareġ iżżejjed minn dawn il-muniti fiduċjarji, ir-rata tat-tisrif bejn ir-ram u l-fidda ixxattret għal kollox u żdiedet b‟għaġla hekk kbira li fl-1764 ir-ram lokali intqal li kien qiegħed jitlef ammont ta‟ 107% meta jissarraf f‟fidda. Is-sengħa tal-ħdim tal-muniti tal-Kavallieri laħqet il-qofol tagħha fil-muniti tad-deheb u tal-fidda li nħarġu fi żmien il-Granmastru Antonio Manoel de Vilhena (1722-1736). Vilhena kien l-ewwel wieħed li ħareġ il-munita tat-12-il Zekkin, l-ogħla denominazzjoni tal-flus ta‟ l-Ordni. U hu daħħal ukoll iż-2 Skudi tal-fidda u l-muniti tat-8 irbajja‟ u tat-12 irbiegħi. L-aktar muniti tal-fidda maħduma mill-Ordni li kienet tiswa kienet id-dollaru Malti, li kienet magħrufa bħala l-“pezza”, l-“onċja d‟argento”, jew l-“uqija”. Din kienet inħarġet l-ewwel darba matul is-saltna twila tal-Granmastru Emmanuel Pinto (1741- 1773).
Posted on: Sat, 31 Aug 2013 05:25:08 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015