Il-biereh ghadilkom silte minn din il-grajja, illewm qieghad - TopicsExpress



          

Il-biereh ghadilkom silte minn din il-grajja, illewm qieghad intijielkom kullha kif ktibte 45 sene ilu.....u araw jekk tmissilkomx qalbkom u fl-istess hin ftakru ftit fit talb taghkom fdawn l-izvinturuti L-GHARQA TA` MASU CARABOTT IL-LARINGA Ghall ahhar snin tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20,is-sajjieda Zwieten kienu ga qabdu jghammru sew f`Marsaxlokk,whud minnhom,ghalkemm ftit kienu bdew joqghodu hemm ghall kollox u abbandunaw liz-Zejtun ghajr ghall festa tar-rahal u l-Gimgha l-Kbira. Fl-1897 Marsaxlokk kien sar parrocca u kien beda tiela wkoll xi bini l-hawn u l-hinn u min hawn il-quddiem tista tghid li s-sajjieda Zwieten kollha abbandunaw liz-Zejtun u nizlu bil-familji taghhom jghixu hemm,fosthom ta`Carabott,Bugeja,Psaila,Bonnici,Cassar u Caruana u baqghu f`Marsaxlokk flimkien ma ta`Gafa` u xi ohrajn qrib l-imriekeb u l-ingenji li kienu jipossiedu. Kienu zmienijiet li kont tista tghidilhom ghadhom primittivi ghas-sajd u fill fatt kienu ghadhom,xejn sofistikat, la l-mriekeb li kienu jikkonsistu f`luzzijiet,kajjikki u dghajjes u iktar u iktar l-irkaptu li s-sajjied kien jghamlu skond il-htiega tax-xoghol tal-jum,bhall perezempju l-hbula,il-kurdara kienu l-istess sajjieda bhall ma kienu wkoll huma stess li kienu jobormu x-xaghar ta`denb iz-ziemel biex ikunu jistghu jorbtu is-snanar. Kien bidu tassew iebes u tedjanti,imma kien ta`sodisfazzjon ghaliex kull sajjied kien kapaci ghall xi haga u dan kien bizzejjed biex l-istess sajjied ghalkemm b`mirkeb zghir,kien jazzarda u jixref il-barra biex ifittex imsajad li kienu ghall kollox vergni u godda,kien ukoll dan l-azzard li beda jhalli warajh il-vittmi fost is-sajjieda li bdew jitnaqqru minn stagun ghall iehor,u li halla warajh bosta romol u orfni. Luttu kbir lahaq ir-rahal ta`Marsaxlokk precizament f`jum il-Qaddisin Kollha u dan il-luttu issupera dak tas-sena ta`qabel.Kien il-Gimgha t-2 ta`Novembru 1912 meta hames zaghzah hallew hajjithom bl-aktar mod krudil l-gharqa. Karmnu Carabott il-Picwa kien Zejtuni u joqghod Marsaxlokk,min barra li kien sajjied kien wkoll hajjat tal-qluh mill gwappi li kienu jaghmlu dan ix-xoghol f`dawk iz-zmienijiet.Allura tistghu tahsbu kif id-dghajsa tat-taljaman tieghu kienet tkun armata bl-aqwa qluh maghmul mill aqwa drapp li kien jezisti fil-bidu ta`dak is-seklu,in-najlon kien ghadu l-boghod wisq biex jidher aktar u aktar fejn kien jirrigwardja lis-sajjied. Il-Picwa ghalkem ma kienx xi zaghzuh kellu xi haga fuq il-50 sena,kien kapacissmu, kien dixxiplu tal-kbir Kadanja, anzi jinghad li kien mustaccun ghall-manuvrar tal-qlugh u dan ghad baqa min jikkonfermah.Karmnu kien mizzewweg lil Karmena Bonnici u minn dan iz-zwieg kellu sitt ulied il-kbir fosthom Masu. Masu l-Laringa,kienu jghidulu hekk sforz kemm kien hamrani u sabih.Kien hajjat prim daqs missieru(sforz it-taghlim u l-hegga tal-missier)Ghall xi raguni dawn kienu tlewmu xi ftit,allura l-iben li kien biezel daqs missieru bhall iribella u lil missieru qallu. “Ta,jien daqsekk fid-dghajsa tieghak la ma trijdx tuti kuz ta`duk li nghajdlek.” Mus tghamelx cicuti tu,d-dghajsa daqs kemm hi tieghaj hi tieghak ukoll,imme ma jistux ikewn li nehdmu kif qieghad tghajt ent ibni…hemm barra ghodu hett ma mur u hett ma juf x`hemm.” “Ghalhekk ghax hett ma juf x`hemm missier,tista tghajt jekk hemmx hewt jekk ma murrowx u nippruvaw?” “Imme kijf wehhelte f`rusek biex nehdmu daqshekk il-barra hija?” “Ghax minn hemm barra hewt naqbdu zgowr,imme ent ma trijdx nehdmu hemm ghax tibza,ghax mohhok baqa jehsibe bhell antik, bhell behrijn li ghandek mieghak..ghalhekk u xejn izjed ghax kullha tibzaw minn dellkom….tridu toqghodu tistudu ma l-art biex kijf taghmel sirde tidhlu tigru l-gewwe.” “Ma nghajtx li jien zaghzewh phulek u mimli hegge imme hemm barra ma nehdemx ibni,u laqqas il-behrijn ma jkewnu jridu.Ghax jekk inhajjarhom bess kullha jitilquni u jkulli nzarma.Kadanja u x-Xghajri kienu zewg sejjiede gwappi ta barra l-beher ibni,kienu kapuci ferm iktar minni l-iktar Kadanja,imme b`dun kullu it-tnejn minn hemm ghaddew hija.” “Mele isma mill behrijn li ghandek,u jien tleqt,narma ghall rusi u fid-dghajsa ma tarunijx iktar kemm indewm hej.” U hekk kien ghaliex Masu dak inhar stess nizel mid-dghajsa ta`missieru u qaghad iberren kif se jarma ghall rasu,b`dan il-hsieb f`mohhu telqilha lejn Wied il-Ghajn biex ifittex mirkeb,huwa xtaq li jakkwista xi luzzu imma ma rnexxielux u kellu jikkuntenta b`firilla liema firilla kienet taf lil lis-seklu ta`qabel u bla ebda dubju kienet antika u per konsegwenza xi ftit misjura wkoll,imma kienet itterraq tajjeb. Ma damx jikkorda wisq ghaliex sidha Salvu bilkemm ma kienitx fuq zaqqu tant li Masu wara li kien kwazi qata qalbu jfittex kien qallu. “Salv, il-firille ghall bejh jew?” Salvu li kien sajjied makakk gharaf l-urgenza ta`Masu u wiegbu. “Mele thajjart ghalihe Mus?” “Ha nghajdlek Salv,jiene dejjem kont ta`zaqqi f`ummi u gejt ghandek ghax ma septx nixtri luzzu,issa jekk trijd nikkurdaw ghajdli xi trijd tehhe u nhallsek issa stess u barka u sliem.” “Jiene m`hinijx imdejjeq bihe imme jekk tride nbehhielek….ara tini daqshekk teghhe. U talbu cifra. “Le daqshekk hefne,li kieku kienet gdide ma nghajdlekx le….sa ntijk dawn……trijdhom?Jekk le sehhe lejk u tleqt l-hemm.” U Masu habat se jdur biex jitlaq lejn Marsaxlokk meta Salvu qallu. “Iwa tini xa huga ohra u nikkurdaw.” “Leq,xejn izjet milli tajtek,ma tiswiex izjet Salv,u sehhe.” Masu kien qabad sejjer lejn Marsaxlokk meta Salvu rega qallu. “Insumma mhewx ghax sa nithallas teghhe bli tajtni imme hudha u kewn imbierek.” Masu hallsu u dak il-hin stess nizel fil-firilla fejn kollox wahdu qabad arbula u x`hin gie biex itella l-qluh hares lejn Salvu u qallu. “Stajt tlabtni izjet milli tajtek Salv,ghodni kif messejt qlewh wiehed bess u ghandu iktar minn nufsu mhorri,ghandi ghali ghax tajtek daqsekk.” Ma ninsewx li Masu kien hajjat prim tal-qluh u kien jaf sewwa x`inhu jghid tant li Salvu ghaddas rasu lejn l`art u telaq minn hemm. Wara li Masu arbula kif seta`telaq bil-firilla lejn Marsaxlokk u biha rama padrun bhall missieru. It-tnejn kienu esperti fil-mistier kiefer tas-sajd u minbarra hekk it-tnejn kienu esperti fl-immaniggjar tal-qluh,skond iz-zokk il-fergha. Hawnhekk marridux ninsew li l-piki f`dawk iz-zmienijiet ghalkemm ma kienux komuni kienu jezistu u kienu horox ukoll ghaliex kienu jirrigwardjaw l-ghajxien dejjem qieghed nirreferi ghas-sajjied u izjed kien ahrax il-punt tal-irgulija. Irridu niftakru wkoll li s-sengha tas-sajjied titlob kapacita u kuragg bla qies l-aktar f`dawk iz-zmienijiet meta l-qlugh u d-dirghajn riedu jaghmlu tajjeb,ghaliex l-icken zball jew aljenazzjoni kien jiswa l-hajja tal-individwu jekk ukoll mhux tal-ekwipagg kollu,u dan sehh mhux darba jew tnejn. Allura bejn il-missier u l-iben nibtet bhall pika nkejjuza li wasslithom biex ma jitkellmux izjed bejniethom u damu hekk sat-2 ta`Novembru 1912 meta lejlet il-jum imsemmi Masu Carabott il-Laringa ta`27 sena kien qieghed jitkellem mal-bahrin tieghu li kienu Wenzu Attard ta`Cucati ta`22 sena iben Pawlu Attard u Margerita Seychell,Leli Farrugia ta`Baskal ta`18 sena iben Wenzu Farrugia u Guzeppa Agius *, Mikiel Zahra tal-Beringu ta`21 sena iben Guzeppi Zahra u Karmela Bonnici, u Mikiel Psaila ta`Cikcek li kien ghadu kif ghalaq id-18 il-sena,iben Frangisku Psaila u Katerina Bonnici. *Hawn irrid nghid li qieghed insemmi il-genituri ta`dawn l-individwi ghar-raguni li fi grajjiet ohra se niltaqaw ma karattri ohra li huma ahwa imma b`kunjom differenti.specjalment qieghed nirreferi ghal Leli Farrugia li aktarx ma kienx Farrugia xejn imma Bugeja u hawn tidhol il-privatezza tal-individwu u nieqaf hawn. Dawn kienu qedghin jitkellmu fuq il-manuvrar u l-kapacita li jitlob il-qlugh,u kien fihom tassew ghaxqa tlett guvintur jitkellmu mal-padrun taghhom li kien mizzewweg u kellu zewg ulied Guzeppi(li bintu Rosaria rrakkontatli bosta fuq din il-grajja) u Spira li bil-kemm kienu ghadhom jafu jimxu. Mal-hin sewwa jinqala ragel li bla hsieb ta`xejn qal. “Dunnu Majjistrul ghanne ghal ghade Mus hewx?” “Ma nufx..imme xejn tikkuppa tu ghax jekk jehdem il-Picwe,il-Laringa jehdem ukoll ghax issa armut phulu.” Wiegbu spirtu pront Masu li kompla jitkellem mal-bahrin tieghu li ftit wara rega gie nterrot minn xbejba li marret fuqu u qaltlu. “Mus qaltlek ummi dijn subet tixtrilek u billi kienet kbire qasmitielek ma missierek.U tghajtx kemm griet l-haw u l-hemm biex sabitha tu.” U tatu ras ta`qarnita kompluta b`zewgt iswaba. “Grazzi Zur..ghajt lil ummok li umbaghad naruha tu…” “Xi tridni nghajdile Mus,mele ent ma tufx x`ghandek taghmel sijap.” “U mele le,irrid nigi nhallasha ta`l-ahhar sajda wkoll,anzi ghajdilhe li jekk tkewn ghaddeje minn hdejn id-dur tieghaj tghaddi helli nhallasa ta kullox.” “Iwa Mus…ma trijdx nghajdilhe wkoll biex tehsiblek ghall iktar liske hewx?” “Le Zur….illewm il-hemijs ,u jekk ma nehdmewx ghade,inhellihe ghass sept…..umbaghad naraw ghall gimgha d-diehle.” “Ghamel ent mele Mus…ha mmowr nghajd l-ummi li ghattli.” Masu wara li ha l-qarnita minghand Ruzarja qal lil shabu. “Mele liske ghall ghade ghanne u jekk jisbeh bnazzi,mmurru nxerrdu dawk it-tlitt kunzijiet xi mkien,ghaliex ghalkemm towl l-istagown qbadna xa huga,imme bhell ma tufu inthom stess il-qlijh kien zghajr wesq.” “Viru Mus,tridx li flok inkalaw tliete bhes-sultu nkalaw erbgha.” “Issa naraw skond kemm isservi l-qarnita sijap.” Wara ftit li qal dan il-kliem rega qalilhom. “Ha nhellikhom tu helli mmowr nismot u nisloh dijn il-qarnita ha tkewn leste.” U telaq lejn daru bin-nofs qarnita mdendla ma subghajh il-werrej.Kif wasal samat il-qarnita,u martu Filomena li kienet qieghda tistennieh qaltlu. “Kemm domt hija……..jaqaw ghaddejt xi naqa ghand ummok?” “Le..ent tuf li ma mmowrx ghand ummi minhebbe missieri,u minhebbe fijh wehlet hi wkoll, u ghale ghattli hekk?Gie xi hett qallek xa huga?” “Ghal xejn Mus…imme billi domt naqa ghat fursi…..jien nuf... ghat fursi rrangajtu bejniethkom eh.” “Mhemmx x`nirrangaw bejnietne Mien,jien lil missieri mghamiltlu xejn u kullhett jufu dun.” “U iwa Mus,mghamiltlu xejn u ilkom dun iz-zmien kullu ma titkellmu bejnietkom hija,duk dejjem missierek jipqa tu,u wehlet ummok ukoll x`ghamlitlek dijk sijap?” “Fulumien,xi darba nghajdlek l-isturja kullha u tura kijf jien ghandi ragown…..jien lil missieri ma nubghodowx tu,imme laqqas irridu jaghmel duk li jgghalew il-behrijn ghax allura mhew padrown xejn,ara insumma xi darba nghajdlek….issa ha nohrog barra u nisloh dijn il-qarnita u jekk tista ejje ghajni naqa sijap.” “Stenne naqa hija tu,daqt taruni mieghak” Hareg barra u qabad jislohha.Ezatt ihokk mieghu jghaddi certu Guzeppi Zahra il-Beringu li kien bahri mal-Picwa u ibnu Mikiel kien bahri mal-Laringa,waqaf hdejh u qallu “Il-Madunna kemm hi kirhe dijk il-qarnita Mus?Qise dumunju x`wehde dijn, tehdemx bihe hija tu.” “Jekk ma nehdemx bihe jien,laqqas intom mghandkom ghalfejn tehdmu tu,ghax in-nofs l-iehor ghand missieri qieghad.” Il-Beringu immuta ghall ghall din it-twegiba pronta u f`waqtha u minghajr kliem u sliem baqa sejjer ghand il-Picwa fejn sabu ezatt kif sab lil Masu qieghed jisloh in-nofs l-iehor tal-qarnita u qallu. “Haw Karm,dunnu ghade ghall barra Musu?” “Heq, u jekk jisbeh bnazzi ehne ma murrowx ukoll sijap?Ghalkemm ibni mghandewx foq hiex javda hefna,ma kellewx xi jride dijk il-firille,misjura hi x`inhji.X`kien junqsu jahasra mieghaj?Iwa x`ghamiltlu jiene biex hellieni? Ghodu zghajr u jehsibe mod iehor minni,ma jiddejjeq minn xejn,mhewx phuli,fursi ghax qieghad nikber jew gu kbert u qieghad naqta qalbi minn hefne affarijiet,u ha mmowr ghand Musu u nhelli kollox f`idejh tu ghax ma jistux ikewn li nipqaw sejrijn hekk,duk ibni ma jistux ikewn li ma nitkellmewx.Ha mmowr nghajdlu biex jiehu hsiep id-dghajsa.” Waqt li bidel it-ton qal lil Zahra “Kos Gowz qid nghajt jien armut bix-xjowh aqta lil Lizju z-Znak u Musu tieghaj armut bil-frieh,l-ewwel wiehed minnhom ibnek Mikiel.” “Viru Karm,u mhewx ghax f`wiccek tu,imme ghandek tifel ma jaqta qalbu minn xejn…….imme ma nufx ma nufx dunnu li ghal ghade Majjistrul ha jaghmel u jekk ehne nehdmu Musu jehdem ukoll……u tuf x`qieghat nehsep Karm.li l-lejle mmowr u nehhilhom ic-cuvi mid-dghajsa biex ma jarbulux sijap u ma jehdmewx.” Innotaw fejn il-piki jwasslu,ghalkemm il-Beringu ried jaghmel dan ghaliex kien qieghed ibassar maltemp li fill fatt kien gie u biex ibnu jibqa l-art u ma jmurx il-barra,izda l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. “Le Gowz,ara jfettilek taghmel xa huga bhell dijn tu….minijx tal-parijr hija.ent tuf kijf qidghijn Musu u jien u zgowr inkumpli nehel ma rusu.u flok ma nberrdu nkumplu nsahhnu hija….. Duk ibni u jien nirranga mieghaw irrid u mhewx nitbieghad iktar,le le Gowz,jekk ma jehdemx ibni laqqas ibnek ma jehdem tu.” “Ha nura mmowrx l-hemm jien…jekk inkewnu ghax-xoghol ghajjatli. Iwa Gowz anzi ghamilli pjecijr u ghaddi naqa ghand il-behrijn u ghajdilhom biex il-lejle niltaqaw naqa hija.” Hekk hallih il-Beringu b`mohhu jberren kif se jitla fid-dghajsa ta`Masu u jnehhilhom ic-cavi li hija njama ghamla ta`feles jew kunjard li kienet tidhol précis bejn bank il-lasta u l-lasta biex kienet izzomm lil istess lasta wieqfa u soda halli maghha jkun jista jiddendel il-qlugh. Tant hewden Guzeppi li qatghha li mal-lejl jitla fid-dghajsa u jwettaq dan il-hsieb,izda gara li tant raqad fil-fond li gie mqajjem mill istess Picwa biex imorru ghax-xoghol,tant marret ghajnu bih li anqas biss hass lil ibnu Mikiel hiereg xi saghtejn qabel. Konna hallejna lil Masu jisloh il-qarnita,ftit wara d-diskursata li kellu ma Zahra,harget martu u minghajr ebda kliem qabdet tghin lil zewgha li min-naha tieghu qalilha. “Hekk ahjur sijap la nlestu ndowr il-kunzijiet helli kijf jigu l-behrijn naraw x`sa naghmlu.” “Iwa Mus u kijf inlestu naqbad lilGuzepp u lil Spire u mmowr naqa ghand ummi hija,ghax ili ma naruha xi jumejn,avulja noqghodu kantuniere boghod kollox.” “Ghamel li trijd Mien,jien sa nipqa ninnavika fil-kunzijiet.” Wara li lestew,martu Filomena qabdet lil ulieda Guzeppi u Spira u marret ghand ommha,waqt li Masu hareg il-konzijiet u qabad jiflihom wiehed wiehed,lanqas lahqet ghaddiet kwarta li l-bahrin tieghu ma kienux hdejh u qalulu. “Ehne ghax-xoghol ghade hux hekk?” “Iwa,u liske ghanne ghall erbgha kunzijiet,nilliskawhom minn qebel biex mas-saghtejn nitilqu l-barra helli mmurru naqa l-barra sew u nippruvaw hemmhekk.” Hekk baqghu li jillixkaw il-konzijiet mal-lejl u ghas-saghtejn ta`fil-ghodu jsalpaw. Kienu saru l-erbgha ta`filghodu li Karmnu l-Picwa gabar lil bahrin tieghu u l-Hoxna (il-laqam tad-dghajsa tal-Picwa) harget ghax-xoghol bil-konzijiet tal-lampuki.Huma u hergin indunaw li Masu kien ga qabilhom il-barra. Kienu ghamlu ga nofs triq li kellha tehodhom ghas-sajda,il-bahar kien ga kbir u r-rih kien maghmul sew tant li l-Picwa ta`padrun ghaqli li kien iddikjara li ma kienx galbu ghax-xoghol u dawwar pruwa lejn l-art u qal lil shabu. “Mhemmx xoghol illewm, Majjistrul ghanne hija,u milli jidher ha jzid sew.” Kif kienu qedghin joqorbu lejn l-art,Karmnu l-Picwa li kien il-hin kollu jgharrex l-hawn u l-hinn,gibed lejh lil Lizju Cassar li kien ghadu daqsxejn ta`guvnott u qallu. “Liez qieghad taruha id-dghajsa ta`Musu tieghaj hija?” “Mghodowx naqa tad-dlum,kijf tridni naruha Barb.” Din kienet it-twegiba meqjusa ta`Cassar li ghalkemm kien ghadu daqsxejn ta`tfajjel kien ga gharaf hsibijiet il-padrun tieghu. Baqghu dejjem resqin lejn l-art u meta qorbu bicca ohra sewwa,l-Picwa dejjem hosbien u jgharrex rega staqsa lil Lizju “Liez..issa qrubna naqa sewwe sijap,qieghad taruha id-dghajsa ta`Musu?” Lizju gie b`darhu mal-hajt ghaliex issa ma setax jinheba izjed wara l-iskuza tad-dlam ghaliex kien kwazi sebah ghall kollox.Ghalhekk baxxa rasu u ma tkellem xejn,il-bahrin l-ohra issa wkoll indunaw u qraw mohh il-Picwa.Huma ma kellmuh xejn,izda kollha ndehxu specjalment il-Beringu li kellu lil ibnu fl-istess dghajsa ma iben il-Picwa.Meta qorbu sew qrib l-art qalb Karmnu nqasmet u qalilhom. “Intom kullha taraw iktar minni….ghajduli..ghajduli intomx taraw id-dghajsa ta`Musu tighaj?” Il-bahrin kollha harsu lejn xulxin,baxxew rashom u l-Beringu jolfoq u jibki mill qalb mugugha ta`missier ghamillu sinjal li le. Hawnhekk qalb il-Picwa mhux inqasmet imma saret trietaq waqt li qal. “Le?ewx le.. u laqqas tarawa kijf ma tarawx lil Laringa u l-behrijn tieghaw hija ….Musu tieghaj spicce….spicce il-Laringa………..spicce.” U hadd..hadd mid-disgha li kien hemm fid-dghajsa ma seta`jzomm il-biki li beka Karmnu l-Picwa ghall ghaziz ibnu Masu l-Laringa. Kif waslu l-art nizel jixxengel qisu bniedem fis-sakra,baqa sejjer jitbandal lejn daru fejn fil-bieb kien hemm martu Karmena li kif lemahha qalilha. “Karm,Karm kemm ghanne tful Karm.” “Jaqaw dalghodu mghandekx x`taghmel hija?Ma tufx kemm ghanne tful?” “Kemm ghanne tful Karm…………Kemm ghanne tful?”Rega tena Karmnu jirtghod. “Isma sijap ent gej bic-cajt dalghodu?Ghax ma tmowrx isaffi dawk il-kunzijiet la ma hdimtwx sijap, u mele tghajdli ma nufx kemm ghanne tful?” “Karm,Karm kemm ghanne tful?” Meta ratu qieghed jibdel surtu,jirtghod u bid-dmugh f`ghajnejh,qaltlu. “Isma sijap…….Mhewx ,mhewx sitte ghanne hija?” “Hamsa,hamsa kienu sitte,ghax Musu,Musu taghne la ma dahalx qebli laqqas jigi izjed Karm.” “Zgowr argajtu ggilidtu?” Qabdet twerzaq Karmena.Masu kien il-kbir minn ulieda u kien ukoll il-mimmi t`ghajnejha. “Le,Karm le……..mowr id-dur tieghaw u gijb lil dijk il-mara u dawk il-giex t`itful l-ghandu u araw kif sa tistabru…..ghax..Musu…Musu taghne spicce Karm……Musu kielu l-beher…..Musu taghne ghereq Karm….Ghareq………..” Ghall din l-istqarrija dik l-imsejkna omm stabtet mal-art u kellhom ikunu l-girien li lahqu ngabru biex jaghtuha l-ghajnuna ghaliex il-Picwa baqa wieqaf iccassat u ma kontx tagharfu minn fisonomija ta`katavru. Kienu saru l-habta tal-ghaxra ta`filghodu,l-hin li xbejbiet biezla Xlukkajri jew Zwieten ta`dak iz-zmien kienu jmorru bil-koppijiet ghall gambli,fost dawn kien hemm Angla Zahra tal-Beringu li huha Mikiel u l-gharus taghha Leli Farrugia kienu it-tnejn bahrin mal-Laringa.Dawn waqt ix-xoghol taghhom kienu jghannu u jkantaw ghanjiet helwin u waqt li kienu ghaddejin bi strofa jmur ma genbhom certu Frenc Incorvaia li kien maghruf bhala id-Daqqaq u bl-lehen zorr qal lil bintu Tereza li kienet wahda minn fost it-tfajliet. “Tkantewx,tghannewx,ghax dun id-dehk taghkom kullu biki jinbidel “Ghaliex missier?” Staqsietu bintu. “X`Gara Barb?” Qaltlu Rosaria. “S`issa fursi ghodu ma gara xejn,imme jekk ir-rijh ikumpli joghla u l-beher ikumpli jikber….xa huga jigri zgowr,ghod hemm il-Laringa `l barra u s`issa ghodu ma giex.” Hekk kien,ghaliex il-bahar baqa jikber u r-rih dejjem joghla fil-qawwa tieghu,u issa kien impossibbli li daqsxejn ta`firilla bhall ma kellu Masu li tidhol f`Marsaxlokk. Qam pandemonju kbir.Bosta qraba nizlu miz-Zejtun u nghaqdu ma dawk ga jigru l-hawn u l-hinn,ma jafux x`se jaqbdu jaghmlu hlief li jibku ix-xorti hazina li messet li dawk il-hames zaghzah li f`temp ta`ftit sieghat hallew hajjithom biex marru halli jaqilghu x`jieklu. Irgiel ,nisa u tfal minn jibki minn jixher u minn jissabbat mal-art,minn iqatta xaghru,xena tal-biza li anke jekk ikollok qalb mill aktar iebsa,kienet tirtab ghal dak id-dulur anki jekk ma tkun tigi xejn minn dawk il-vittmi. Il-Laringa u l-bahrin tieghu qatt izjed ma gew lura f`Marsaxlokk.Jumejn wara li sehh dan kollu Angla Zahra,li bhall ma ga nafu kienet gharusa lil Leli Farrugia marret ghand il-familja tal-gharus taghha u lil ommu tatha xi flus li Leli kellu mgemmghin ghandha u qaltilha. “Pepp ho dawn ta`Lieli,kien izummhom ghandi.” Izda l-omm imbikkija qaltilha. “Zummhom Ang,zummhom u bihom ghamel libse sewde.” Jinghad li madwar ghaxart ijiem wara f`wiehed mix-xtut ta`Tripli nstab katavru marbut b`terha ma moqdief u mir-rakkmu li kien hemm fuq it-terha gie stabbilit li kien Wenzu Attard. Aktar minn xahar li gara dan kollu xi sajjieda Zrieraq li kienu bil-konzijiet taz-zaghrun l-barra minn Filfla tellghu qlugh li mill hjata tieghu malajr gie maghruf li kien ta`Masu l-Laringa. U ghal zmien twil Katarina Psaila,l-omm imnikkta ta`Mikiel Psaila,baqghet taghmel kif kienet dejjem taghmel tohrog fil-bieb ta`barra u tghajjat lil binha biex imur jiekol u b`dik l-ghajta ta` “A Mikiel……..Mikiel…….. ejje kewl hija………” Kienet tbikki lil Marsaxokk kollu.
Posted on: Sat, 02 Nov 2013 09:02:38 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015