Inawgurata sensory room Il-Fondazzjoni Nazzareth, li titmexxa - TopicsExpress



          

Inawgurata sensory room Il-Fondazzjoni Nazzareth, li titmexxa minn Dun Anġ Seychell, inawgurat kamra speċjali fid-Dar l-Arċipriet Degabriele fiż-Żejtun. Din il-kamra, magħrufa bħala ‘sensory room’, se tkun ta’ għajnuna kbira għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Din hija t-tielet dar fiż-Żejtun li titmexxa mill-Fondazzjoni Nazzareth li hija Għaqda Mhux Governattiva li tilqa’ fiha persuni bi bżonnijiet speċjali differenti minn madwar Malta. Il-kamra ġiet inawgurata minn żewġ ministri, il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca u l-Ministru Helena Dalli. Din il-kamra hija mgħammra b’dawl speċjali li permezz ta’ movimenti ta’ kuluri u anke mużika addattata, tgħin lil dawk bl-awtiżmu. inewsmalta/dart/20131208-inawgurata-sensory-room-all-persuni-bi-onnijiet-spe-jali-dar-arcipriet-degabriele-fiz-zejtun
Posted on: Sun, 08 Dec 2013 14:40:04 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015