Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni - TopicsExpress



          

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana attendiet għal Seminar organizzat mit-taqsima tal-Inklużjoni fil-Fakultà tal-Edukazzjoni b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Equal Partners. F’dan is-seminar is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ħadet sehem b’mod sħiħ billi ipparteċipat u ħadet nota ta’ dak li ntqal f’dan is-seminar. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tkellmet ukoll mal-organizzaturi ta’ dan is-seminar fejn esprimiet is-sodisfazzjon tagħha lejn l-ideat li żvolġew f’dan is-seminar. Tkellmet ukoll fuq l-isfidi li l-istat qiegħed jaffaċċja u kif hi qed issostni dan il-qasam peress li l-għan ewlieni tal-operat tagħha huwa t-tisħiħ tal-inklużjoni tal-persuni bdiżabilità f’kull qasam u livell tas-soċjetà.
Posted on: Fri, 12 Sep 2014 22:26:58 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015