It-team ta Balzan FC Futsal għamel l-ewwel sessjoni ta taħriġ - TopicsExpress



          

It-team ta Balzan FC Futsal għamel l-ewwel sessjoni ta taħriġ fil-kumpless Dom Sportiva fZagreb lejliet l-ewwel impenn tiegħu fi Grupp F tal-Grupp Preliminari tal-UEFA Futsal Cup. Il-plejers tħarrġu taħt il-gwida tal-plejer kowċ Rumen Gabriel Dobre għal sessjoni ta madwar siegħa u nofs. L-ewwel parti tas-sessjoni intużat speċifikament biex il-plejers jorjentaw ruħhom mal-art tal-parquet u wara s-sessjoni żvolġiet fwaħda ta tattika bħala preparazzjoni għal-logħba ta għada l-Erbgħa kontra ċ-Champions Kroati FMK Alumunus Għall-kowċ Dobre jidher li kollox miexi skont il-pjan ta dawn l-aħħar ħames ġimgħat, bil-plejers Rumeni Tony Safar u Adrian Panzaru jidher li draw is-sistema u integraw faċilment fit-team. L-uniku dubju hu Adrian Dan li qed ibghati minn ugieh zghir fil-hamstring u l-kundizzjoni tieghu tidher li qed tinkweta lil Dobre. Ma Safar u Panzaru fit-team hemm ukoll tliet Rumeni oħra Emil Raducu, Andre Dan u l-istess plejer kowċ Dobre. It-tieni u l-aħħar logħba tkun il-Ħamis kontra FC Kobenhavn. Il-logħba Balzan kontra FMK Alumus tintlagħab illum fit-8.00 p.m.
Posted on: Wed, 27 Aug 2014 05:14:16 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015