Poloz tal-kampjonati Matul dawn l-ahhar granet gew imtella - TopicsExpress



          

Poloz tal-kampjonati Matul dawn l-ahhar granet gew imtella diversi poloz tal-kampjonati Nazzjonali ghal l-istagun 2013/14. Bhas-soltu l-Club taghna ser ikun impenjat f’diversi kategoriji u ghalhekk tajjeb wiehed jaghti ftit dettalji ta kif irrizultaw dawn il-poloz. Fil-Kampjonat BOV tat-Tieni Divizzjoni l-avversarji tal-Fgura United FC ser ikunu f’din l-ordni; Mellieha SC, Pembroke A FC, Marsa FC, Gharghur FC, Kirkop U FC, Siggiewi FC, San Gwann FC, Mdina K FC, Marsaskala FC, Zabbar SP FC, Mqabba FC u Senglea A FC. Fil-kampjonat tal-Youths f’ Sezzjoni D ser niltaqghu kontra; Zurrieq FC, Luqa SA FC, Dingli S FC, Mqabba FC, Lija A FC, Kirkop U FC, Kalkara FC, Birzebbuga SP FC u Sirens FC. Hawnhekk il-logħob ser isir fuq zewg rounds bhal kaz tal-kampjonat tat-tieni divizzjoni. Il-kampjonat tan-Nisa tat-tieni divizzjoni ser ikun kompost minn 5 timijiet bil-probabilita’ li dawn jilghabu fuq erba rounds. It-timijiet barra l-Fgura United li ser ikunu qegħdin jieħdu sehem fl-istagun 2013/14 huma Hamrun S FC, Lija A FC, Vittoriosa S FC u Tarxien R FC. Il-poloz ser jitilghu fil-granet li gejjijn. It-team ta l-Under 17 ser ikun qieghed jikkompeti f’Sezzjoni C1 tal-YFA APS League u jibda kontra Mtarfa FC fejn wara jiltaqa kontra Ghaxaq FC, Marsa FC, Mgarr U FC, Rabat A FC, Gzira L FC, Sirens FC, Luqa SA FC, Naxxar L FC, Xghajra T FC u Dingli S FC. Fil-kompetizzjoni tan-KO l-avversarji taghna fir-round preliminari huma Mqabba FC b’min jghaddi jiffaccja l-ghadma iebsa ta Hamrun S FC. Mill-banda l-ohra l-Under 15 ser ikunu qeghdin jikkompetu f’Sezzjoni C2 u jibdew l-impenji taghhom kontra Msida SJ FC u jkomplu kontra Qrendi FC, Dingli S FC, Mtarfa FC, Sirens FC, Mgarr U FC, Rabat A FC, Gzira L FC, Cottonera U FC, Ghaxaq FC u Naxxar L FC. Fin-KO nibdew kontra Attard FC fir-round preliminari u r-rebbieh imbaghad jiltaqa’ kontra Birkirkara FC.
Posted on: Thu, 18 Jul 2013 11:26:50 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015