SIGNUM FIDEI ĦSIEB TAL-JUM Il-Ħamis, 26 ta’ Settembru Festa - TopicsExpress



          

SIGNUM FIDEI ĦSIEB TAL-JUM Il-Ħamis, 26 ta’ Settembru Festa ta’ San Kosma u San Damjan (aħwa, tobba, martri), San Elżear minn Sabran u l-Beata Delfina (lajċi) u Beatu Aurelio ta’ Vinalesa u Sħabu (martri ta’ Valencia) “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” SAN ELŻEAR MINN SABRAN U MARTU SANTA DELFINA • Twieled fil-kastell ta’ Saint-Jean de Tobians, fil-Provenza. Ommu, li kienu jsejħulha “l-Kontessa t-Twajba”, offrietu ’l Alla malli twieled u talbitu biex jeħilsu minn kull dnub. Mat-tagħlim qaddis ta’ ommu, kellu edukazzjoni tajba, sew fixxjenzi kemm fil-pietà, minn zijuh Gulliermu minn Sabran, abbati ta’ San Viktor, fil-Marsilja. • Ta’ 15-il sena, skont ix-xewqa ta’ Karlu II, re ta’ Sqallija u Konti ta’ Provenza, iżżewweġ max-xbejba Delfina, tal-familja ta’ Glandeves, iltima, imrobbija min zijitha, madre badissa. Irrispetta x-xewqa tagħha li tgħix bħala xebba, u t-tnejn saru terzjarji ta’ San Franġisk, jimpikaw kważi ma’ xulxin fit-talb, filmortifikazzjoni u fil-karità mal-iżvinturati. • Ta’ 20 sena Elżear mar ma’ martu minn Ansouis għal Puy-Michel, biex igawdi aktar is-solitudni: hawn għamel lill-qaddejja tiegħu regoli ta’ ħajja ordinata, hekk li l-ħajja ġo daru kienet qisha ħajja ta’ kunvent, veru mudell ta’ ħajja nisranija. • Wara l-mewt ta’ missieru, fl-1309, kellu jmur l-Italja biex jidħol fil-wirt ta’Arjano, fejn bit-tjubija u bil-ħlewwa kiseb ir-rispett u l-imħabba tan-nies, li għall-ewwel ma ridux jafu bih għax Franċiż. • Waqt li kien l-Italja mar Ruma fl-1312 bis-suldati tiegħu biex jgħin ’il-Ġwelfi jkeċċu minn hemm lill-imperatur Enriku VII. Wara assenza ta’ erba’ snin mar lura pajjiżu, il-Provenza. • Fl-1315, huwa u martu, wara li tqarbnu, intrabtu bil-vot tal-kastità perpetwa f’riġlejn l-altar tal-kappella tal-kastell. Kien jgħid l-Uffizzju kuljum u kien jitqarben kważi kuljum. Meta kien il-bogħod minn martu u hi kitbitlu biex tisma’ minnu spiss, weġibha: “Mur u żur lil Ġesù Sagramentat u idħol bl-ispirtu f’qalbu. Issibni dejjem hemm.” • Fl-1317 kellu jerġa’ jmur Napli, biex isir tutur tad-Duka Karlu, bin ir-Re Robert. F’dan iż-żagħżugħ nissel l-imħabba tar-reliġjon, tal-qrar u t-tqarbin, ta’ Alla u tal-fqar. Meta r-re Robert kellu jmur il-Provenza, ħalla ’l ibnu warajh Napli bħala reġġent u lil Elżear bħala prim ministru tiegħu. • Fl-1323 ir-re bagħat lill-qaddis Pariġi. Wara li kiseb b’suċċess il-missjoni tiegħu, waqa’ marid Pariġi. Baqa’ jqerr u jitqarben kuljum waqt il-marda, li kellha tkun l-aħħar ta’ ħajtu. • Meta rċieva l-vjatku qal: “Din hi t-tama tiegħi, u f’din ix-xewqa mmut.” Miet fis-27 ta’ Settembru 1323, f’idejn il-patri franġiskan, Franġisku Mayronis, ilkonfessur tiegħu. Skont ix-xewqa tiegħu, ġismu ħaduh Apt u difnuh bil-libsa ta’ San Franġisk fil-knisja tal-Franġiskani Minuri Konventwali. • Il-beata Delfina għexet 35 sena wara mewt żewġha. Wara l-mewt tar-re Robert marret tgħix mar-reġina Sanchia f’monasteru tal-Klarissi, li r-reġina kienet bniet Napli. Mietet fl-1358 u difnuha ma’ żewġha. It-tnejn huma meqjumin bħala Terzjarji ta’ San Franġisk. Riflessjoni: Id-divinità vera tiegħu Infatti Ġesù Kristu, kieku ma kienx Alla veru, ma setax jasal biex jissodisfa lill-ġustizzja infinta offiża mid-dnub; lanqas ma seta’ jwiegħed il-ġenna lill-ħalliel. F’mewtu anki n-natura għarfitu bit-tibdil b’awtur tagħha li ġagħlet liċ-ċenturjun jistqarr: “Tassew dan kien l-iben t’Alla”. San Ġorġ Preca Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 112, siltiet mit-3 punt By him and in him, says Saint Paul, a general reconciliation of all things with God has taken place. By the blood that Jesus shed on the cross, peace has been restored in heaven and on earth. He also, according to the same Apostle, although we had strayed far from God and had become his enemies, has reestablished us in grace to make us holy, without blemish, and without blame before him. He too, according to the same Apostle, has made us worthy to share the lot of the saints. ... God, who is rich in mercy, as Saint Paul says, out of the infinite love with which he has loved us, sent his own Son, even when we were dead by our sins and by our crimes, to give us new life in Jesus Christ, to manifest to future ages the magnificence of the riches of his grace through the goodness he has had for us in Jesus Christ. If, then, we enjoy such abundant graces to save ourselves and to become perfect saints, as Saint Paul says, we are indebted for all this to what Jesus Christ did for us on this day by becoming man out of love for us. Let us show him our gratitude by the holy use we make of these graces. TALBA O Ġesù nirringrazzjak li inti għoġbok toffri ħajtek għalija. Fl-imħabba infinita tiegħek ħalli noqgħod fi ħdanek; u waqt il-mumenti diffiċli li jien nkun ninsab fihom, ħallini niftakar f’dak li int għamilt għalija biex b’hekk nimtela bil-kuraġġ u bl-hena. Ammen Missierna ... Qari: 1. Ħagar 1: 1-8 Ibnu d-dar, u jien nitgħaxxaq biha. 2. Salm 149 :1-6a u 9b Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu. 3. Luqa 9 : 7-9 Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?
Posted on: Wed, 25 Sep 2013 17:18:40 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015