Tlitt irgiel mietu f’in?ident tat-traffiku u spi??aw bla ħsieb - TopicsExpress



          

Tlitt irgiel mietu f’in?ident tat-traffiku u spi??aw bla ħsieb quddiem San Pietru. Kif fetħu għajenhom baqgħu mistagħ?bin bil-?miel li raw. San Pietru laqagħhom bi tbissima u qalilhom: “Ara hawnhekk għandkom liberta’ sħiħa. Agħmlu li tridu. Regola waħda biss hawn: tirfsux papri!” U kif dawru rashom jinnutaw li t-toroq tal-?enna kien fihom ħafna papri mexjin ‘l hawn u ‘l hemm. Din għalihom kienet sorpriża li fil-genna hemm il-papri. Fl-aħħar staqsew lil San Pietru: “Il-papri għidt?” “Iva, il-papri” wegibhom, “kif qed taraw hawn ħafna papri fit-toroq. Kif tirfsu xi waħda, din tgħajjat u taraw lili b’xi kastig lest għalikom. Mela attenzjoni.Il-bqija kollox għalikom biex tgawduh.” Meta ħar?u fit-toroq tal-genna, l-irgiel raw li kien hemm numru kbir ta’ papri mexjin kullimkien. Lanqas laħqet għaddiet kwarta, meta wieħed mill-ir?iel rifes papra u din bdiet tgħajjat. F’leħħa ta’ berqa deher San Pietru u miegħu kellu mara kerha. “Min rifes il-papra?” staqsa San Pietru. “Jien” wiegbu r-ragel. U dlonk San Pietru rabat lir-ragel ma’ dik il-mara kerha. “Dan hu l-kastig tiegħek għall-eternita!” Iż-żewgt irgiel l-oħra qagħdu ferm attenti biex ma jirfsux papri! Imma ?imgħatejn wara ra?el minnhom rifes papra u dlonk deher San Pietru ma’ mara kerha. U l-istorja tirrepeti ruħha. Biss did-darba l-mara kienet ikreh mill-ewwel waħda!! “Avżajtkom biex ma tirfsux il-papri!” wissiehom San Pietru. It-tielet ra?el qagħad ferm attent. ?ieli għamel ?ranet ma jiccaqlaqx bil-biża li jirfes xi papra! Għaddew tiet xhur u kien għadu għaddej! Mela darba jara lil San Pietru, u dan resaq lejh. Miegħu kellu mara trid seba’ għajnejn biex tħares lejha. Kienet tassew mara sabiħa. San Pietru tbissem lir-ra?el u mingħajr ma qallu kelma rabtu ma’ din il-mara sabiħa u telaq. Ir-ra?el kien jaf li issa għandu l-eternita kollha marbut ma’ dil-mara sabiħa. U l-ewwel ħa?a li qal lill-mara kienet: “Ma nafx x’għamilt jien biex jistħoqqli rigal bħal dan!” Il-mara we?bitu: “X’għamilt int jiena ma nafx u ma jimpurtanix, imma kulma naf li jien irfist papra!”
Posted on: Fri, 16 Aug 2013 09:45:53 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015