Xmun ghalaq Hamsin Sena - Meta Xmun ghalaq hamsin sena mar - TopicsExpress



          

Xmun ghalaq Hamsin Sena - Meta Xmun ghalaq hamsin sena mar il-knisja tal-parrocca u qaghad jitlob f’rokna wahdu. Dak il-hin ma kien hemm hadd hliefu u f’dak is-silenzju hass xi haga ddur mieghu. Kien Alla nnifsu, li pogga bielqieghda hdejh. “Xmun!” qallu b’lehen solenni. “Ghidli s-s-s-injur!” laqlaq Xmun. “Inti ragel li dejjem taqla fuq wiccek mill-hajja!” “Iva sinjur! Sewwa qed tghid…” “Minhabba li llum ghalaqt sninek se naqtaghlek xewqa li ghandek, itlobni li trid!” Xmun hasibha ghal ftit mumenti u wiegbu, “Inti taf kollox, sinjur, taf li nahdem Birzebbugia. Kieku nitolbok taghmilli triq min hawn sa hemm, bla kantunieri, bla speed cameras jew wardens, xi tghidli?” Wara ftit sekondi li Xmun rahom siegha Alla wiegbu, “Inhossni ddizappuntat bik, Xmun, ma stennejtx li se titlobni xi haga hekk materjali. Itlobni xi haga aktar profonda!” irbombja lehnu mal-knisja kollha. Ghalkemm ma kienx cert fehemux Xmun waqaf jahseb ftit. Imbaghad qallu, “Ghaziz Sinjur, se nitolbok din mela, jekk ma jimpurtax.” Alla hares lejh u stenna. “Nixtieq nifhem lin-nisa sinjur, nifhem lil Doris tieghi. Nifhem ghaliex ma taghmel jiem shah ma tkellimnix; nifhem meta naraha bin-nervi u meta nistaqsieha tghidli li m’ghandha xejn. Nifhem meta…” “Ieqaf, ieqaf ibni… kif tridha t-triq four lane jew two lane bizzejjed?” qallu s-Sinjur Alla.
Posted on: Wed, 20 Nov 2013 18:27:24 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015