ftit cajtiet zghar imma vera ta’ meta kont zghir Qabel ma - TopicsExpress



          

ftit cajtiet zghar imma vera ta’ meta kont zghir Qabel ma nirrakonta l-ftit cajtiet zghar nghid wahda zghira fuq hija kif talbitni wahda mit-tfal tieghu. Darba missieri u ommi dahlu jorqdu u bil-lejl ma setghawx jorqdu bdew jisimghu fil-kamra taghhom werzieq iwerzaq il-hin kollu. Il-hin kollu sa fil-ghodu jqumu ifitxuh imma ma setawx isibuh. Qalbu kull ma kien hemm. Kif iqumu kien jieqaf. Fil-ghodu qam hija kalm kalm, dahal fil-kamra taghhom, u baqgha diehel taht is-sodda b’ommi u missieri jharsu lejn xulxin. Kif hareg hareg b’kaxxa tas-sulfarini f’idu. Missieri qallu “x’ghandek hemm?” hija qallu “mhux il-werzieq!” u baqgha sejjer. Ommi kienet thobb spiss tisboh id-dar. Pero darba tibda trid tispicca u malajr. Jekk iddum ghid li se taqbad mieghek u tghaddi kummenti li jinfduk. Kemm ser iddum, ahjar qabbad u hallast in-nies u tibqgha sejra li ma tkunx taf x’inti taghmel u tahirqek. Darba missieri beda jizboh u wara certu hin bdiet is-soltu. F’xi hin qabdet il-barmil taz-zebgha biex tghaddi u poggietu ezatt taht is-sellum. Kif niezel missieri bil-pinzel f’idu ihares lejn is-saqaf li ikkaverja sew, saqajh ix-xellugija baqghet diehla ezatt kollha fil-barmil tal-plastik taz-zebgha. Peress li missieri kien lhudi u lhud ma jemnux bil-qaddisin tistu tahsbu x’ghamel. Ommi minflok qaghdet kwieta biex tikkalma l-affari aktar ifferocjatu. Huwa u johrog saqajh mill-barmil, meta kien it-tort taghha li resqet il-barmil taht is-sellum, qaltlu “kif ma inti kapaci taghmel xejn bil-kwiet!”. Missieri kien ihobna kollha pero nahseb li l-aktar li kien ihobb kienet lil ohti l-kbira sena akbar minni. Forsi ghax kienet l-ewwel wahda jew ghax kemm jien u kemm hija konna nieklu ikel spjetat mhux bhal ohti. Fil-weekend kien johrog mall-hbieb bormla jaraw xi film talkies u wara kien jghaddi ghand is-sluta u kien jixtri ruxmata helu pasti, kejkijiet, pastini cukkulata minn kollox. Peress li kien jidhol fit-tard u ahna konna norqdu kmieni kien iqajjem l-ommi u joqghodu jieklu l-helu. Pero kien imur iqajjem bil-kwiet lil ohti u jaghtiha l-helu milli jkun xtara. Jekk kien jibqgha, anki dak li ma tkunx hadet ohti, hija u jien konna nithnu dak kollu li jkun baqgha. Gieli indunajt u qomt nigri ghal sehmi. Konna norqdu f’kamra wahda ma’ hija sena izghar minni. Peress li kien is-sajf konna zzommu t-twieqi miftuha. Fuq wara hemm gnien u ghalkemm rari gieli dehret xi wirdiena. Darba waqt li kont rieqed inhoss min icaqlaqni u kienet ohti. Qaltli “qum ghax nahseb rajt wiediena”. Kienet taf li ma nibzax mill-wirdien bhala. Ghidtilha mur ghorqod u tqajjimnix. Wara ftit nara pasta quddiem ghajnejja. Kif iccaqlaqt gibditha u qomt u taghtilhi qaltli “ibqgha imqajjem ghax qed nibza mill-wirdiena”. Jien qbadt il-pasta b’idi minghajr ma naf x’inhi tghid u bdejt nikolha. Jien ma kont nixba qatt specjalment dak il-hin li l-ikel ta’ qabel ir-raqda ikun ilu li ghaddha. Kif kielt il-pasta ilaqt is-swaba u ergajt dort norqod. Pruvat iccaqlaqni imma ghalxejn. Wara ftit hassejt xi haga ma’ wicci u kif ftaht ghajnejja nara bicca cukkulata Cadbury kbira tal-lewz. Kif indunat li indunajt resqita u jien qomt ipnotizzat ghaliha. Qaltli “jekk toqghod imqajjem naghtijilek”. Aktar inhares lejn ic-cukkulata milli lejha ghidtilha iva. Bicca bicca niezlet ghasel. Ma kontx niekol bil-mod imma sakemm kilta domt aktar mill-pasta. Sa certu punt mhux it-tort tieghi imma wara ftit minghajr ikel f’halqi ergajt irqadt. Wara ftit bdiet iccaqlaqni kemm kellha sahha qaltli “nahseb li rajtha ergajt”. Ghidtilha x’ghandek issa? Qaltli “mhux il-wirdiena!”. Ghidtilha le x’ghandek aktar ikel? qaltli “hu kollox ha” u tatni borza kollha helu fin minn kull kwalita’ ta’ pastini. Pero kull bidu fih it-tmiem u wahda wahda spiccaw kollha. Heq il-lejl ghall-irqghad qieghed u ergajt dort u imteddejt biex norqod. Kif marret ghajni bija regghet qajmitni u kif qomt ftit ghidtilha “x’fadallek?” qaltli “torqghodx ghax qed nibza” ergajt ghidtilha “x’fadallek” qaltli “ma fadalli xejn kollox tajtek!”. Ohti kienet tibza naqra minni u b’lehen gholi ghidtilha “qajjimtni aktar minn darba u issa hallini norqod ghax hazin ikun ghalik”. Fil-ghodu ommi mat-te qaltli naghmillek tost ghidtilha u anki tnejn. Mela darba kont rieqed bil-lejl u qabditni facenda u jien nofsi rieqed qomt, is-soltu minghajr ma xeghelt id-dawl, u mort fit-toilet. Ma kellix ghalfejn nixghel id-dawl naf fejn hu t-tiolet paper, il-katina dak iz-zmien u l-vit tal-ilma b’ghajnejja maghluqa. Nizzilt il-qalziet u poggejt fuq it-tiolet. F’daqqa wahda hassejt xi haga tmiss ma’ saqajja pero bid-dlam ma stajtx nara imma kif bdew joqghodu naqra ghajnejja rajt u hassejt xi haga tmiss u thakkek mieghi. Xi haga griza bil-pil u daqs xi sitt pulzieri u ftit qawwi. Hassejt imsarni jitbatlu bil-biza imma kif smajt bhal twerziqa qbadt bil-qalziet imnizzel sparat ghal karma ta’ ommi imwerwer u b’hass hazin. Qajjimt l-ommi b’kemm kelli sahha u nofsa rieqda inhasdet mhux ftit kif ratni hekk bil-qalziet ghadu nofsu imnizzel. Qaltli “x’gara?” ghidtilha “fit-toilet hemm gurdien kbir!”. Qaltli “e iva naf” u regghet daret biex torqod. Jien mort in-naha l-ohra tas-sodda u l-istess b’sahha kollha qajjimt lil missieri li inhasad kif rani f’dik is-sura. Qalli “x’gara”? ghidtlu inwerzaq “da da dahal gurdien kbir u ommi ma qaltlix!”. Missieri caqlaq l-ommi u qallha “x’inhu jghid dan?” ommi minghajr ma iccaqilqet qaltlu “x’gurdien dak il-kelb li gibt int!”. jien ghidtlu x’kelb huwa da? Qalli iva bilhaqq ghax gibt kelb zghir u qam jurini dan il-kelb geru li kif rana beda jinghaj. l-ghada gie z-ziju u peress li ommi ma riditux qallu biex izommuh il-fabrika halli meta jikber ma jidhol hadd jisraq bih. Iz-ziju ma qabilx qallu dak intrigu u trid toqghod titimghu. Missieri minn gos-sodda beda jghidlu arah kemm huwa helu u beda jmelsu dejjem jghafsu mieghu. F’daqqa wahda ghamel pipi fuq il-pajama u tghidx kemm kanta missieri!. Gurnata wara kien tah lil xi hadd. Darba hdejna kien joqghod wiehed tamparna kien jingwala ma’ hija dejjem b’xi praspura. Imsomma konna hbieb. Darba konna ix-xewkija il-kalkara u qalb il-haxix nara kaxxa bajda taz-zraben maghluqa. Kif qbatta f’idi hassejt xi haga ticcaqlaq. Nizzilta fl-art u ghajjat lil dan li kienu jsibuh id-dimonju peress li kien imqareb. Ghidtlu f’dik il-kaxxa hemm ghasfur jekk tridu. Ghidtlu tiftahiex ghax itir. Qabad din il-kaxxa u telaq biha d-dar. Dan kellu xi tnax hutu il-bicca l-kbira bniet. Kif dahal qallhom biex jaghlqu t-twieqi kollha u mar igib gabjetta. Sadattant halla l-kaxxa fuq il-mejda. Kif gie lura qallhom biex kulhadd idur mall-mejda u jpoggi idejh hdejn il-kaxxa biex jekk jiprova jtir jaqbduh. Kif gholla l-ghatu f’daqqa minflok ghasfur hareg gurdien. Tista’ tahseb ommu u hutu kollha jwersqu u jghajtu u l-gurdien bil-hazda jaqbes min-naha ghall-ohra tal-kamra. Is-sabiha hadd ma setgha johrog mill-ewwel ghax kullimkien maghluq. l-ghada giet ziti li toqghod hdejhom u bdiet tirrakonta x’wahda ghamel dan il-habib hadilhom gurdien id-dar u werwirhom. Jien ma tkellimt xejn li kont jien li ghidtlu li hemm ghasfur. Mela li kont naf li kien hemm gurdien kont ser immiss il-kaxxa? Nirrakonta din l-istorja jaqbadni l-bard kemm kont vicin u hlist minnha bi sbrixx. GHAMEL LIKE JEKK GHOGBITEK XI WAHDA.
Posted on: Mon, 07 Oct 2013 05:57:45 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015