Xahrejn wara l-isparatura tax-xufier tal-eks Ministru Manwel - TopicsExpress



          

Xahrejn wara l-isparatura tax-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia – illum il-gurnal IN-NAZZJON jerga’ jqajjem dan il-kaz sensittiv. Minkejja li għaddew diversi gimghat mill-isparatura fil-Gżira, sal-lum hafna fatti importanti relatati ma’ dan il-każ għadhom qed jinżammu mistura. Jeżistu wkoll dubji kbar u mistoqsijiet dwar meta verament sar jaf id-dettalji kollha tal-każ il-Prim Ministru Joseph Muscat, minkejja li hu stqarr li ma jiftakarx eżatt xħin kien infurmat bl-inċident permezz ta’ telefonata, u li kien biss l-għada li sar jaf id-dettalji preċiżi ta’ dak li seħħ. Id-dettalji kollha fin-Nazzjon tal-lum.
Posted on: Tue, 20 Jan 2015 09:24:15 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015