Dalwaqt ser ikun hemm terremoti kbar fir-Russja u fic-Cina u dawn - TopicsExpress



          

Dalwaqt ser ikun hemm terremoti kbar fir-Russja u fic-Cina u dawn ser isehhu wiehed wara l-iehor. L-Erbgha, 3 ta’ Lulju 2013 @ 1.30pm Ghaziza mahbuba binti, kemm hassejtu n-nuqqas tal-hin tieghek u kemm qed niehu gost illi d-dlam spiritwali, li kien waqa’ fuqek dawn il-jiem, issa telaq. Inti ghandek tibqa’ tghid ir-Ruzarju Qaddis biex tipprotegi lilek innifsek u kollox imur sew. Id-dinja ser ticcaqlaq, kif kien imbassar, u terz minnha ser jinxtewa, bhala rizultat dirett tad-dnub tal-bniedem. It-talb jista’ jtaffi hafna minn dawn il-fjammi, li ser jinzlu mis-sema fuq partijiet tad-dinja fejn ligijiet hziena qed jirrabjaw lil Missieri. Id-dnub kontra l-ligijiet t’Alla jigi ttollerat sakemm dawk li jafu l-Verita’ u jaccettaw il-Kelma t’Alla, jonorawH. Izda issa, dawk li intom poggejtu f’pozizzjonijiet ta’ poter taw daharhom lil Alla. Ta’ dan huma ser jigu kkastigati permezz ta’ taqlib ekologiku. Il-purifikazzjoni hija l-uniku mod li bih tqajjem lill-umanita’ sabiex tigihom l-indiema f’ ruhhom. Modi ohra, filwaqt li jgibu konverzjoni, ma kinux bizzejjed . Il-bniedem ser isofri sensiela twila ta’ kastigi, hekk kif huwa jibqa’ jhaddan il-paganizmu u joqtol wiehed lill-iehor. L-Intervent t’Alla huwa bzonnjuz. Minghajru intom tigu minsijin ghal raskom. Dalwaqt ser ikun hemm terremoti kbar fir-Russja u fic-Cina u dawn ser isehhu wiehed wara l-iehor. Temp estrem u tibdil f’daqqa tat-temperaturi minn kesha ghal shana kbira ser jinhassu. L-istaguni mhux ser jibqghu jidhru kif kienu jkunu qabel. Postijiet jeghrqu u maltempati fuq il-bahar ser ikunu fejn qatt qabel ma sehhew. Fil-pajjizi fejn jaghmlu ligijiet kontra Alla, it-terremoti ser jghezzu l-art u ghal dawk li jafuni, ser ikunu jafu ghaliex qed isehhu. Meta jkunu sehhew il-kastigi, jigi t-tieni kastig kbir, li ser ikun ghall-knejjes il-foloz, li b’intenzjoni jwaqqfu l-Verita’. Ghax huma ser ibatu l-aktar, minhabba l-erwieh li huma serquli. Waqt li Jiena nikxef izjed dwar il-profeziji, li jinsabu fis-Sigilli, l-bniedem bil-mod jibda jinduna bil-Verita’. U filwaqt li Alla huwa Mhabba u filwaqt li Huwa Gust, il-kastigi Tieghu ser jinzlu bhax-xita fuq l-umanita’ biex jehlisha mill-vanita’ l-egoizmu u l-imhabba lejk innifsek, sabiex il-bniedem isir denju li jidhol fil-Genna l-Gdida. Huma dawk biss ta’ qalb pura u umli li ser jinghataw dan ir-Rigal. Gesu’ Taghkom.
Posted on: Wed, 10 Jul 2013 20:26:55 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015