Għeżież Josmar u Ahithophel. Grazzi ħafna tal-kliem sabiħ li - TopicsExpress



          

Għeżież Josmar u Ahithophel. Grazzi ħafna tal-kliem sabiħ li tgħiduli, ta kemm triduni nagħmel kuraġġ u nerġa nagħmel il-films. Jien kont ħadta bi kbira dak iż-żmien, vera, imma llum drajt fuq li drajt u anke il-ħin li kont nagħmel naħseb xħa ngħid fil-vidjows, issa qed nużah beix noħroġ u nagħmel delizzji. Ma nafx għandix haters, u jekk għandi, ma jaffetwawnix. Il-ferħ tiegħi ma jiddipendix minnhom, minn jekk nerbħilhomx jew nitlifx kontrihom. Kuntent bija nnifsi. Infatti, kif qed taraw, facebook ukoll mill-inqas sirt nużah. Xi darba għad ntella video ieħor żgur, imma ma narax punt fli ntella vidjows meta ma jkollix xngħid. Skużawni ħafna qed nitkellem fit-tul, imma nieħu gost nitkellem magħkom. Jekk nista ntikom parir żgħir awnekk fil-public space, naħseb li intom xorta qed ittuhom wisq li jridu lill-haters, għax tibqgħu tirreferu għalihom, speċjalment int Ahitophel. Jien nammirak għax ma tistħi minn xejn u vera taf titkellem, imma naf li din il-gwerra li ssemmi li għandek mal-haters mhux se tispiċċa sakemm ma taqbadx u tieqaf temmen li għandek gwerra xtieġġieled. In-nies jieħdu wisqq gost jarawk tweġibhom, tgħid xtgħid! Jien minn kemm ili li waqaft mill-vidjows sibt mara u nħobbha bqalbi kollha. vera ma tantx niftiehmu kultant għax għandha lsiena ftit twil wisq u ma jdurx sew. Imma ninħabbu. Ġieli meta ma tkunx ħdejja, noħroġ u noqgħod inħares lejn in-natura u nkellem n-nisa single li jaddu minn quddiem biebi. U l-haters ta fb u utube ma jkidduni bxejn issa, għax mgħandix kuntatt magħhom. Narakom ħbieb u grazzi tal-messaġġi sbieħ tagħkom!
Posted on: Sat, 02 Nov 2013 19:07:22 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015