Il-FAQAR - Ivan Bartolo Ir-responsabilta fil-ġlieda kontra - TopicsExpress



          

Il-FAQAR - Ivan Bartolo Ir-responsabilta fil-ġlieda kontra l-faqar hija ta’ l-Istat. Qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, kienu bosta entitajiet li tkellmu dwar il-faqar, dwar il-paga minima u l-ħtieġa li tiżdied għax mhiex biżżejjed biex issostni familja. Minn wara l-elezzjoni jien ĊERT li l–faqar żdied. Iżda għal dawn l-entitajiet, minn wara l-elezzoni l’hawn, din l-issue bħal donnu ma baqgħetx prijorita. Joseph Muscat, meta kien fl-oppożizzjoni u allura seta jgħid li jrid, kien wiegħed li jaqta l-faqar mill-għeruq. Illum Joseph Muscat qiegħed fil-gvern u qed jagħmel eżatt bil-maqlub. Bosta huma dawk li jwasslu l-messaġġ li l-faqar ġej minħabba mismanagement, minn problemi ta’ prijoritajiet. Dan jista’ jkun ukoll. Iżda ppremettuli nikkwota studju li għamlet il-Caritas f’ Malta, fejn sabet li anki jekk persuna li tgħix bil-benefiċċji soċjali u qagħdet attenta biex minnu tagħmel l-aħjar management, xorta waħda, d-dħul ma kienx biżżejjed. U hawn għandu jidħol l-istat, li huwa responsabbli mill-ġlieda kontra l-faqar. Jekk irid jurina li l-famuż slogan MALTA TAGĦNA LKOLL għadu fis-seħħ, jeħtieġ li din l-issue jindirrizzaha u tkun prijorita. Imma Muscat qed jagħmel il-kuntrarju. Issa taha daqqa oħra lill-ħafna foqra li jikkwalifikaw biex jikru appartament tal-Gvern u li issa qed jgħollilhom il-kera bmod qawwi. Għal kuntrarju ta’ meta mar jippoppa biex jgħidilna li kien se jagħtina 2c ta’ ewro fil-petrol, din id-darba ħabbar din iż-żieda qawwija permezz tal-kont inniffsu. U int ja fqajra, li forsi qed taqra dan l-artiklu, u rċevejt dan il-kont, min jaf x’ qata ħadd x’ħin indunajt b’din iż-żieda. Min jaf kemm għaddew ħsibijiet ta’ swied il-qalb. Jien kieku, malli nirċievi dan il-kont, jiġuni f’moħħi bnedmin bħal Sai Mizzi jew Carmelo Abela u ħafna oħrajn, li qed idaħlu l-belli liri. Biex wieħed jikkwalifija għal kera tal-Gvern, bilfors irid ikun fqir jew vulnerabbli. Dawn il-familji biex jikkwalifikaw irid ikollhom dħul baxx jew ikollha nies bdiżabilità, jew tkun spiċċat bla saqaf fuq rasha, inkella nisa msawta li mgħandhomx fejn imorru jew familji fdiffikultà kbira. Dawn il-bnedmin kollha rċevew kont jaħraq. Hemm min il-kera rduppjatlu fdaqqa. Fċerti każi ttrippla u kkwadruplika fdaqqa. Fl-appartamenti tal-Gvern jgħixu madwar 15,000 familja. Kalkolu ta, 50,000 ruħ, jew nofs il-100,000 ruħ li issa hu dikjarat li hawn foqra fil-pajjiż. U waqt li jżidu bdaqqa lill-foqra, hemm lista ta’ bnedmin ftellieqa min jaħtaf l-aktar minn flus il-poplu. Uħud minnhom ħeqq, dehru f’xi billboard qabel l-elezzjoni. Ara fuq il-billboard ma deher l-ebda fqir, l-ebda vulnerabbli, l-ebda familja li tgħix fl-appartamenti tal-Gvern.
Posted on: Sun, 09 Nov 2014 20:12:16 +0000

Trending Topics



6490817411">Micrometers 753497941904 Raybestos RC11107 Professional Grade

Recently Viewed Topics




© 2015