Il-konsulenza ta Silvio Schembri ma ddejaqnix Daniel - TopicsExpress



          

Il-konsulenza ta Silvio Schembri ma ddejaqnix Daniel Micallef, President tal-Partit Laburista Dan huwa l-full-time job tiegħu, u l-konsulenza li ngħata Silvio Schembri ma ddejjaqnix. Hekk stqarr il-President il-ġdid tal-Partit Laburista meta il-Ġimgħa filgħaxija ħa sehem fil-programm ta ġrajjiet kurrenti .net fuq Net TV, li ddiskuta l-każ ta Schembri li qed jieħu eluf ta ewro fkonsulenza mal-Gvern Laburista. Matul din id-diskussjoni, ħadet sehem ukoll Paula Mifsud Bonnici, President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN. Hija qalet li dan il-każ juri li l-Prim Ministru Muscat qed jippremja lil min kien qrib tiegħu qabel l-elezzjoni. Anke fil-każ tal-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, il-Prim Ministru mexa bl-istess kejl, sostniet Mifsud Bonnici. Micallef kien mistoqsi wkoll dwar il-Baġit li qed iħejji l-Gvern Laburista. Hu qal li rridu nistennew il-Baġit biex naraw jekk hux se jkun hemm taxxi, u skont hu qed issir spin ta dak li qed jgħid il-Ministru Edward Scicluna. 18 t Ottubru, 2013 20:11 CET Share from maltarightnow
Posted on: Sat, 19 Oct 2013 02:25:30 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015