PN Stqarrija - 26.01.2015 L-Oppożizzjoni tressaq mozzjoni - TopicsExpress



          

PN Stqarrija - 26.01.2015 L-Oppożizzjoni tressaq mozzjoni għal dibattitu biex il-Gvern iraħħas minnufih il-prezz tad-diesel u l-petrol Aktar kmieni llum, permezz tal-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco u x-Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli, l-Oppożizzjoni ppreżentat mozzjoni fil-Parlament li ssejjaħ għal dibattitu biex il-Gvern iraħħas minnufih il-prezzijiet tad-diesel u tal-petrol. F’kummenti mal-ġurnalisti, Mario de Marco sostna li l-Oppożizzjoni qed issejjaħ għal dan id-dibattitu wara li l-Gvern Malti, minkejja li l-prezz internazzjonali taż-żejt naqas b’aktar min-nofs, il-prezzijiet tad-diesel u l-petrol baqgħu fl-istess ilma. Hu appella biex il-mozzjoni tiġi dibattitu mill-aktar fis possibli. Minn naħa tagħha, Marthese Portelli nsistiet li bħalissa, l-konsumatur Malti qed iħallas l-istess prezz li kien iħallas fl-2011 meta l-prezz internazzjonali taż-żejt kien id-doppju ta’ dak li hu bħalissa. Hi fakkret li meta wieħed ineħħi t-taxxa, l-prezz tal-petrol u d-diesel f’Malta huwa l-ogħla fl-Unjoni Ewropea, waqt li meta tiżdied it-taxxa, xorta jibqa’ fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea. Preżenti kien hemm ukoll il-Whip tal-Grupp Parlamentari David Agius. Kopja tal-mozzjoni qed tiġi annessa ma’ din l-istqarrija. 26.01.15
Posted on: Mon, 26 Jan 2015 15:27:58 +0000

Trending Topics



y" style="min-height:30px;">
"In order for a place to contain something, it must be free from
te dedico my love Andreia Noma.....kkkkkkkkkkkkkkk.....estou
↠Law of equality : The time taken by a wife when she says Ill
GOOD MORNING FAMILY !! Matthew 16:25-27 (KJV) 25For whosoever
This is my daughters friends! Please pray~ Blessings~ Gail
Gairloch & Poolewe Tour (D.M) This circular route takes you
Central Information Secretary PTI, Shireen Mazari, expressed
Se olharmos o americano altamente patriota carrega sua bandeira no

Recently Viewed Topics




© 2015