AVVIŻI - 15-il Ħadd Matul is-Sena - 14 ta’ Lulju - TopicsExpress



          

AVVIŻI - 15-il Ħadd Matul is-Sena - 14 ta’ Lulju 2013 Ħamis 18: Fis-7.00pm Adorazzjoni fil-knisja animata mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Sibt 20: It-Tielet Sibt bi tħejjija għall-Festa tal-Bambina. Fis-6.00pm Rużarju Kurunella, Salve u Barka Sagramentali. Infakkru li f’dawn is-Sibtijiet ta’ tħejjija u billi qegħdin fis-Sena tal-Fidi, se jibda jingħad ir-Rużarju qabel kull quddiesa fil-jum tas-Sibt. Tajjeb ninġabru għalih fil-knisja jew inkella ngħiduh fil-familji tagħna. Dan nagħmluh biex Marija tkompli ssaħaħna fil-fidi tagħna f’Binha Ġesu’. Fil-ġnien tad-Dar tal-Anzjani Familja Mqaddsa fis-7.30pm se ssir l-ikla annwali biex jinġabru fondi għall-manutenzjoni tal-istess Dar. Biljetti jinkisbu matul din il-ġimgħa. Nittamaw li diversi jattendu għal din l-attivita’ biex ngħinuhom kemm nistgħu. - Il-Kummissjoni Djakonija se torganizza buffet barbeque għar-romol kollha l-Ġimgħa 26 ta’ Lulju. Dettalji aktar tard. - Nitolbu għaż-żgħażagħ li qed jinġabru f’Rio de Janeiro fil-Brażil għall-Jum Dinji taż-żgħażagħ mal-Papa Franġisku lejn l-aħħar ta’ Lulju, biex din il-laqgħa ta’ aktar minn żewġ miljun żagħżugħ inkluż kontinġent Malti, tħalli l-frott meħtieġ fiż-żgħażagħ parteċipanti u fil-Knisja kattolika kollha. Nitolbu għal dawk iż-żgħażagħ li qatgħu l-prattika tar-reliġjon biex jerġgħu jmorru għall-għeruq tagħhom u jiskopru mill-ġdid ‘il Ġesu’ f’ħajjithom. - Min irid kopja tal-FLIMKIEN ta’ Lulju jista’ jieħu waħda minn ħdejn l-antiporti tal-knisja. - Nawguraw lill-kor parrokkjali Jubilate Deo li l-ġimgħa li għaddiet kiseb żewġ diplomi tal-fidda waqt festival internazzjonali ta’ mużika sagra f’Ruma. Nawgurawlhom li jkomplu fil-ħidma tagħhom sabiex iġibu ‘l quddiem il-mużika sagra mhux biss fil-parroċċa iżda anke f’pajjiżna. - Infakkru li llum se ssir il-ġabra speċjali għall-parroċċa. Kif tistgħu taraw, in-kneelers tal-bankijiet kważi lesti mill-kisi bir-rexin mill-ġdid; qed ikompli jiġi rrestawrat l-altar tar-Rużarju u wara l-festa, se jibda x-xogħol fuq l-arzella tal-kor. Għal dawn ir-raġunijiet nittamaw li jkollna ġabra tajba. Grazzi ħafna.
Posted on: Sat, 13 Jul 2013 10:21:19 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015