Ghall-dawk il-boloh li jiddubitaw jekk il-PM Joseph Muscat ikunx - TopicsExpress



          

Ghall-dawk il-boloh li jiddubitaw jekk il-PM Joseph Muscat ikunx jaf xinhu jaghmel!! Stqarrija ta`l-MUMN!! Il-Malta Union of Midwives & Nurses (MUMN) qalet li qed tilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru dwar it-tibdil fil-Kabinett u temmen li dan it-tibdil ser iwassal għal titjib sostanzjali speċjalment fis-settur tas-saħħa. Filwaqt li rringrazzjat lil Godfrey Farrugia, Marie Louise Coleiro Preca u Franco Mercieca għas-servizzi tagħhom matul din is-sena, l-MUMN qalet li qed tħares il quddiem b’ħeġġa u entużjażmu sabiex naħdmu biex intejbu s-setturi tal-politika soċjali, is-saħħa u dak tal-anzjani flimkien mas-servizzi fil-komunità fl-interess tal-pazjenti, iċ-ċittadini u l-impjegati. L-MUMN ferħet lil Konrad Mizzi, Michael Farrugia, Chris Fearne u Justyne Caruana għall-ħatriet ġodda li ngħataw u qalet li hi persważa li flimkien, permezz tad-djalogu socjali, ser isibu dawk it-toroq li jwasslu għas-suċċessi tant meħtieġa. L-MUMN ferħet ukoll lil Marie Louise Coleiro Preca għan-nomina tagħha bħala d-disa’ President tar-Repubblika ta’ Malta. Qalet li r-relazzjonijiet bejn Coleiro Preca u l-MUMN minn dejjem kienu eċċellenti u l-MUMN hi konvinta li ser ikomplu jissaħħu anki għall-fatt li bin-nomina ta’ President ta’ Malta, Coleiro Preca ser tkun il-Patrun tal-Florence Nightingale MUMN Benevolent Fund, liema fond jagħmel differenza għall-membri tal-MUMN f’każijiet ta’ diffikultà fil-ħajja personali tagħhom.
Posted on: Sun, 30 Mar 2014 08:49:06 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015