L-atti terroristici u l-gwerer ma huma xejn godda; fil-fatt harsa - TopicsExpress



          

L-atti terroristici u l-gwerer ma huma xejn godda; fil-fatt harsa anke hafifa lejn l-istorja turi li l-kapitli kollha huma mimlija b’xi forma jew ohra ta’ glied. Hafna rejiet baqghu jissemmew l-iktar ghal battalji li rebhu jew tilfu – battalji li fihom mijiet u eluf ta’ erwieh anonimi spiccaw meqruda. Xi whud minn dawn il-gwerer (u tindif etniku) dawk Bibblici tal-Palestina (madwar II seklu qabel Kristu); kif ukoll tal-Krucjati tas-sekli 11 – 13; jew il-gwerer qaddisa ta’ l-Islam mis-seklu 7 lura (tista’ tghid sal-lum). Kien hemm imbaghad xi gruppi ta’ nies li ghal perjodi qosra xerrdu terrur kull fejn resqu; l-Unni tas-sekli 5 u 6 li harbtu l-fdalijiet ta’ l-Imperu Ruman (li gie mharbat qabel mill-Ostrogoti, Vandali ecc), il-Vikingi ta’ l-Iskandinavja li madwar is-sekli 9 u 10 nizlu u harbtu l-Ewropa; jew il-Mongoli tas-seklu 13 li resqu mill-Asja ghal-Lvant nofsani u hallew piramidi ta’ rjus; u f’pajjizna sa ftit iktar minn 200 sena ilu, il-bdiewa jahdmu fl-gheliqi kienu fil-biza’ li jaqbzu fuqhom il-furbani u jehduhom ilsiera. Huwa veru li llum hawn armamenti ferm qerrieda (u forsi ghalhekk kien hawn, mill-ahhar Gwerra Dinija ‘l hawn, nofs seklu ta’ relattivament paci), imma hawn ukoll l-armati tan-Nazzjonijiet Uniti biex jaraw li, jekk jista’ jkun, ma jqumx xi dittatur qerriedi u mignun. U r-refugjati, dawk il-vittmi li nqabdu f’cirkustanzi terribli, illum naraw kif nghinuhom. Dari meta poplu kien jirbah iehor dawk li ma kinux lahqu harbu kienu jispiccaw immassakrati jew mehuda prigunieri ez. fil-ktieb tan-Numri kapitlu 31, versi 1 – 40; jew meta fil-1099 il-Krucjati hadu lil Gerusalemm qatlu kwazi lill-abitanti kollha; kif imbaghad kienu ghamlu t-Torok meta hadu lil Kostantinopli fil-1453. U l-massakri li wettqu l-Ewropej, b’armamenti superjuri, fuq l-Amerindjani, inkluz il-qerda ta’ l-Imperi Inka u Aztek tal-Amerika Centrali, jew lill-indigeni tat-Tasmanja li kkaccjawhom bhall-annimali, jew lill-hafna popli Afrikani. Anzi ma’ l-Afrikani, sar wiehed mill-aghar kapitli fl-Istorja Ewropeja, meta bejn is-sekli 15 u 18 madwar 10 miljun Afrikan nhatfu u ttiehdu lsiera lejn l-Amerika: it-tbatija, il-firda, l-imwiet huma indeskrivibbli. B’xorti tajba s-sistema ta’ l-iskjavitù, tant komuni fid-dinja antika, illum ilha li spiccat.
Posted on: Wed, 11 Sep 2013 11:07:34 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015