L-għodwa t-tajba lil kulħadd, familja, ħbieb, għedewwa... - TopicsExpress



          

L-għodwa t-tajba lil kulħadd, familja, ħbieb, għedewwa... kulħadd. Jalla jkollkom jum mill-aqwa bħalma kellu Xmun. :) Iċ-Ċirku Ilbieraħ Xmun kien qed isuq il-BMW u jilmħuh żewġ pulizija tat-traffiku għaddej bi speed eċċessiv. It-tnejn kienu semgħu bih u xejn ma kellhom grazzja miegħu. “Taf li kont għaddej bi speed ta’ 75 kmh fi triq li ma tistax taqbewż is-sittin, Sur Xmun?” qallu wieħed minnhom. “Imma jekk trid xorta se niffrankawlek ċitazzjoni!” qallu l-ieħor. “Iva... iva!” feraħ Xmun. Ħaduh xi għaxar metri ’l bogħod mill-karozza. pinġew ċirku fl-art u qalulu biex joqgħod fih. Xmun obda fil-pront. “Jekk toħroġ miċ-ċirku nagħmlulek ċitazzjoni!” Imbagħad iż-żewġ pulizija marru ħdejn il-karozza u kisrulu l-fanali, imma kif ħarsu lejh sabuh imbissem. Kissrulu l-windscreen, ħarsu lejh sabuh imbissem. Faqgħulu x-xibka, ħarsu lejh sabuh imbissem. Telgħu jaqbżu fuq il-bonnet, ħarsu lejh sabuh jidħak. It-tnejn irrabbjaw u marru jiġru ħdejh, qabduh minn sidru u staqsewh. “Tista’ tgħidilna biex qed tidħak, il-karozza ġibnihielek terrapien?” U Xmun weġibhom. “Għax kull darba li bdejtu tħarsu ’l hemm bdejt noħroġilkom miċ-ċirku!”
Posted on: Sun, 10 Aug 2014 05:32:22 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015