MGRM supports Tyrone Grimas novel - Bep.... ‘Bep’ huwa - TopicsExpress



          

MGRM supports Tyrone Grimas novel - Bep.... ‘Bep’ huwa rumanz ġdid bil-Malti li jiffuka fuq ir-relazzjoni li tinbet bejn żewġt irġiel, Nicky u Beppe. Nicky huwa library f’Ċentru konta d-diskriminazzjoni sesswali filwaqt li Beppe huwa surmast ta’ orchestra. Beppe jiltaqa’ ma’ Nicky meta jirrikori fiċ-Ċentru biex jitlob għall-għajnuna biex jaċċetta iktar s-sesswalità tiegħu. Imma minkejja l-passjoni li tikber bejn dawn iż-żewġt irġiel, il-problemi u l-biżgħat xorta waħda jsiru xkiel kbir li twassal għal tmiem mhux mistenni. ‘Bep’ huwa wieħed mill-ewwel rumanzi fil-letteratura Maltija li jaqa’ fil-ġeneru tal-gay literature. Ir-rumanz jippreżenta l-ħajja gay f’kuntest Malti bid-diffikultajiet u problemi kollha li din it-tip ta’ relazzjoni tista’ taffaċja. ‘Bep’ huwa t-tielet xogħol ippublikat mill-awtur Tyrone Grima. L-ewwel xogħol tiegħu kien ‘Celibacy’, rumanz qasir bil-Malti dwar qassis u l-isfidi taċ-ċelibat. Is-sena l-oħra Grima, flimkien ma’ Justin Schembri, ħareg ġabra ta’ novella bl-isem ta’ Frekwenzi Ħiemda li ġie maqlub għat-televizjoni u li ħa jixxandar minn April tas-sena d-dieħla. It-tnedija tal-ktieb ‘Bep’ ħa ssir il-Ġimgħa, 25 ta’ Ottubru fit-Tom’s Bar, Xatt il-Kurċifiss, il-Furjana fid-disgħa ta’ filgħaxija. Horizons huma l-pubblikaturi ta’ dan il-rumanz.
Posted on: Tue, 15 Oct 2013 20:54:57 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015